Tuesday, April 15, 2014

Tfal ta' koppji tal-istess sess

F’pajjiżna diġà għandna ħafna tfal li qed jitrabbew minn persuni omosesswali.

Jekk tassew irridu l-ġid lil dawn it-tfal m’għandna qatt ngħidulhom li l-familja tagħhom għandha xi ħaġa inqas minn ta’ tfal oħra. Minflok għandna ngħidulhom ikunu kburin b’min kuljum jagħmel ħafna sagrifiċċji għalihom, b’min qed itihom trobbija u ħafna mħabba.

Naqblu jew ma naqblux mal-liġi li għaddiet ilbieraħ mill-Parlament, huwa stat ta’ fatt li se jkollna iktar tfal li se jkunu qed jitrabbew f’familji magħmula minn koppji tal-istess sess.

Jekk tassew irridu l-ġid lil dawn it-tfal u ġenwinament naħsbu li s-soċjetà tagħna għadha mhix lesta għal dan il-pass, ejja nibdew naħdmu biex lil din is-soċjetà nbiddluha. Ejja naħdmu biex ma nkunux aħna li noħolqu l-problemi lil dawn it-tfal. It-tfal l-ewwel u qabel kollox.

No comments:

Post a Comment