Saturday, October 25, 2014

Lil min stieden lil Godfrey Grima

Ma nafx x’pariri ta Godfrey Grima lill-Partit Nazzjonalista minn fuq il-palk prinċipali tal-Konvenzjoni, u ngħid id-dritt ma jinteressanix. Iżda jinteressani u jinteressani ħafna nkun naf x’piż qed tagħti t-tmexxija tal-PN lil nies bħal Grima. Jekk hu iktar minn 'zero' għandna problema!

Ibda biex nixtieq inkun naf jekk min stieden lil Grima u preżentah lin-Nazzjonalisti bħala xi intellettwali kienx xurban jew hux wieħed minn dawk li jħobb jinki u jaħraq lin-nies tiegħu. 

Godfrey Grima intellettwali?

Fost il-kelliema li kien hemm fuq dak l-istess palk u nies oħra li niltaqa’ magħhom ta’ kuljum fil-kuriduri tal-istamperija, Grima rwol wieħed jista’ jkollu - dak li jservihom it-te`.

U jekk qatt ninzertah x'imkien iservi t-te`, jien nitlaq ‘l barra u mmur nieħu cappuccino band'oħra.
 
Nagħmilha ċara li jien ma nsib ebda oġġezzjoni li l-Konvenzjoni tkun indirizzata minn nies ta’ fehmiet politiċi differenti. Anzi, jien spiss inkun minn ta’ quddiem li nħeġġeġ lill-partit jagħti vuċi lil nies differenti fuq il-media tiegħu. Il-partit m’għandux jibża minn idejat u ħsibijiet differenti, anke jekk ikunu totalment opposti. Imma għandu żgur joqgħod attent minn nies bħal Godfrey Grima.

Meta l-PN kien fil-Gvern kellna ħafna nies bħalu li kienu meqjusa allat. Lil dawn ħadd ma seta’ jkellimhom. Jingħad li wħud minnhom lanqas kliem il-Prim Ministru ma kienu jagħtu każ. 

Illum ilkoll nafu kif dawn in-nies daħħlu lill-Gvern Nazzjonalista fil-ħajt. Nafu kif dawn imxew man-nies u kemm ħolqu tgergir, anke' fost l-iktar partitarji akkaniti. Nafu kemm taw stampa ħażina lill-Gvern. Illum nafu wkoll li dawn kienu qed jingħoġbu mal-Labour biex meta jkun fil-Gvern jibqgħu fuq is-siġġijiet tal-allat li tawhom in-Nazzjonalisti.

Dan kollu nafuh u għax nafuh nippretendi li tgħallimna minnu. 

Il-preżenza ta’ xi ħadd bħal Grima fuq il-palk tagħna ddaħħal il-biża li t-tmexxija din it-tagħlima ma ħaditiex. Iddaħħal il-biża li jekk il-PN jerġa’ jkun fil-Gvern se nerġgħu insibu nies bħal Grima ma' wiċċna. Iddaħħal il-biża li bil-PN fil-Gvern jerġa' jkollna minn dawn l-allat.

Jien fiduċjuż li dan mhux il-każ. Nittama li fid-diskors li se jagħmel għada l-Kap il-fiduċja tiegħi tkun ikkonfermata b’mod qawwi.

PS: Ma kontx preżenti għall-Konvenzjoni għax kelli d-deni u mhux minħabba Godfrey Grima! Għada mhux se nkun hemm għax se nkun xogħol.

14 comments:

  1. Naqbel perfettament. Jekk dan Grima hu intellettwali, jien genju akbar min Galileo Galilei. Dan jigi hu Joe Grima tista tahseb kemm qalbu tahraq ghan - nazzjonalist u kemm jixtieq gid lill Partit.

    ReplyDelete
  2. Sewwa qed tghid Norman man-Nazzjonalisti dejjem dan-nies igawdu. Lilna jinsewna meta jkunu fil-gvern u lil dan-nies tarom jiddominaw.

    ReplyDelete
  3. Hemm ħadd pjaċir naqra. Prosit Norman Vella . Mela min ma staħax iwadabbli it-tajn se niddejjaq li nerġa iwadabulu lura. Għadna ma tgħalimniex.

    ReplyDelete
  4. "Meta l-PN kien fil-Gvern kellna ħafna nies bħalu li kienu meqjusa allat. Lil dawn ħadd ma seta’ jkellimhom. Jingħad li wħud minnhom lanqas kliem il-Prim Ministru ma kienu jagħtu każ. Illum ilkoll nafu kif dawn in-nies daħħlu lill-Gvern Nazzjonalista fil-ħajt."

    Qed tirreferi ghal nies bhal Austin Gatt u Richard Cachia Caruana?

    ReplyDelete
  5. Wisq nibza li dawn ' l'intelletwali' u bhalhom hawn nofs tuzana ma saqajn jidher li ta' Malta taghna llkoll spiccatilhom ic-cajca ghax tal qalbu hatfu kollox f'inqas min sentejn, u allura iridu idur fuq xi hadd iehor forsi bit taghma li xi haga jigbru. Il PN suppost il-lezzjoni tghalimha, jekk nerga nara dawn in-nies lura ghalija il partit ikun waqa ghar redikolu. nippreferi nerga nitlef elezjoni milli nerga nara nies bhal FD, J.Bundy, Muliett, JPO,Cyrus,Muzumecci etc etc lura fil partit ghax dawn kollha opportunisti.

    ReplyDelete
  6. Ghal din il-konvenzjoni kien imissom stiednu lilna nazzjonalisti minn guf ommna u bazwarna bil-MEPA u bil-multi tal-VAT. Ghalhekk ma vvutajnix ahna u kellna ragun ghax issa il-multi tnehhew kolla. Fuq dawn misskom titkellmu.

    ReplyDelete
  7. Ghamilt sewwa jien li qtajt kull kuntatt mal-partit! Kont korrispondent, fotografu u reporter BLA HLAS ghall-Mument u n-Nazzjon. Meta darba ridt inwiegeb ittra fl-Orizzont, Michael Caruana qalli li mhiex policy taghhom iwiegbu ittri f'gazzetti ohra. Accettajt. Gimgha wara dak li ma stajtx naghmel jien ghamlu Joe Grima meta ippublikawlu ittra li it-Torca ma ippublikatlux. Ipprotestajt, ktibt, parlajt...kulhadd tani ragun imma hadd ma ried li nidhru jien U Michael Caruana quddiem xi uffucjal tal-partit halli jiddeciedi hu kellix jew ma kellix ragun. Hadd ma ried imma.

    Ghazlu lil Godfrey Grima biex jaghmel rapport fuq it-telfa elettorali, ippruvaw isolvu l-problema finanzjarja bill jitolbu t-tessera lil Franco Debono, stiednu lill-istess Grima biex jindirizza l-Kunsill jew x'inhui, baghtu jifirhu lil Dalli ghax il-kummissarju waqqa' l-kaz........Ma jiddispjacinix li qtajt it-tesserament li kien wiehed mill-izjed antiki. Xi xhur ilu ppruvajt nerga' nara naqra s-sitwazzjoni. Bghatt artiklu lill-Mument fuq Kelba. Artiklu bla ebda politika u xejn...ma jidhirlix li deher ghax il-gazzetta ma xtrajthiex izjed.

    ReplyDelete
  8. Min idahhal il - lifa fhobbu valenu u xi gidma jakwista min ghandha , u jekk il partit ser ikompli jhalli lil min ideffislu l - lifa fhobbu diga jaf xser jigrilu .

    ReplyDelete
  9. Hbieb, jien nazzjonalist minn dawk li jaghmel x'jaghmel il partit huwa tajjeb. HardLiner. Pero issa qedghin vera naqaw fil baxx!!!! Qieghed idejjaqni hafna, u lil nazzjonalisti ta vera, il fatt li qedghin naqu ghal dawn it tip ta nies bhal grima, u issa smajt li ha naqaw ukoll ghal bundy, jpo, musemeci, joe tanti (il pulcinell tas sena) etc...., li wara li nqdew bil partit glorjuz taghna spiccaw isawtuna!!! Il partit nazzjonalista ghandu bzonn nies bhali u mhux dak it tip ta nies. Ahjar tahsbu biex iggibu lura lil dawk li ma vvutawx lil pn u mhux lil dawk li vvutaw labour!!!! Grazzi. Norman tistgha ittini email fejn nista nkellmek?

    ReplyDelete
    Replies
    1. Jiena bhalek u qatt ma nivvota PL.
      Bundy Iva pero JPO qatt. Jiddispjacini li kont ivvutajtlu.

      Delete
  10. jien kont hemm u qed jiddispjacini li sthajt inqum u nitlaq il barra. hlief jinsulentana ma ghamilx.

    ReplyDelete
  11. Jiena ħadt gost li ġie Godfrey Grima. L-aktar waħda tiegħu li għoġbitni kienet illi qisu ma riedx jinduna li hu kien 'in denial' dwar l-iżbalji tal-gvern Muscat illum, filwaqt li kien qed jgħidilna li aħna konna hekk dwar il-gvern Gonzi.

    ReplyDelete
  12. Ghadkhom kollha ragun. Jien Nazzjonalisti.
    Pero illum smajt lil Simon jitkellem u nahseb li ta risposta tajba hafna lil Godfrey Grima meta qal: Godfrey Grima qalilna li kull gvern jigdeb.
    Simon wera bic car kemm ma qabielx ma dak li qal Godfrey Grima.
    Wara li smajt lil Simon, nghid Iva hadd gost li kien hemm Godfrey Grima ghax Simon wera li l-idejat ta GG mghandiex bzonnhom.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Nikkoregi ruhi; Godfrey Grima qal li il politici kollha jigdbu.

      Delete