Thursday, October 23, 2014

Se jkollok tħallas €73 aktar biex it-tifla tagħmel l-O-levels

Jekk int għandek tifel jew tifla li waslu biex jagħmlu l-O-levels tista’ taqbad dawk il-ftit Ewro li kont mingħalik li frankajt mill-kont tad-dawl u l-ilma u twarrabhom biex tagħtihom lura lill-Gvern ta’ Joseph Muscat li għadu kif għolla l-eżamijiet kollha.
 
Qabel tkompli taqra’ nissuġġerilek tpoġġi bilqiegħda.
Jekk per eżempju t-tifla bi ħsiebha tagħmel 10 eżamijiet, dawn se jiġuk €73.55 aktar minn kemm kienu jiġuk kieku għamlithom is-sena l-oħra. Dan il-għaliex kull eżami għollewh b’€7.02 u dik li tissejjaħ Registration Fee għollewha bi €3.35 oħra.


Il-kont se jiġik €225.
U bilħaqq, jekk fost is-suġġetti li qed tistudja t-tifla hemm minn dawk li għandom eżami prattiku, bħall-Kimika u l-Bijoloġija, trid tħallas €10 oħra għal kull eżami.
Għollew ukoll drastikament l-A-levels u l-Intermediate imma għal dawk baqgħalek sentejn iġġemma.
Aħjar ma ntikx ħafna qtajja f’daqqa u għal-lum nieqaf hawn.

2 comments:

  1. Prosit tal blog. Ghadni nistageb sal-lum- ma' nafx ghaliex il-poplu pprefera lil Muscat minflok lil Lawrence Gonzi. Is- CET kissret lil Sant, u l-power station se tkisser lil Muscat. Ghandna tifel prim ministru.

    Povru Malti haddiem. Qiesu ma' jitghallem qat.

    ReplyDelete
  2. Sant nehha l-istipendji u Muscat gholla l-ezamijiet. Qatt ma hamluhom l-istudenti.

    ReplyDelete