Tuesday, May 5, 2015

Qed jerġa’ jintrema l-iskart fil-miżbla 'magħluqa' taż-Żurrieq

F’Wied Fulija fiż-Żurrieq, reġa’ qed jintrema l-iskart.

Taħt Gvern Laburista tas-snin sebgħin u tmenin dan il-wied kien jintuża bħala miżbla. Gvern Nazzjonalista kien għalaq din il-miżbla, suppost darba għal dejjem.

Dalgħodu żort Wied Fulija fuq talba ta’ bdiewa li għandhom ir-raba fl-inħawi.

Qaluli li matul dawn l-aħħar xhur, b’mod regolari, f’Wied Fulija reġgħu tfaċċaw trakkijiet mimlijin skart tal-kostruzzjoni u reġgħu bdew iħottuh hemmhekk.

Dan l-ewwel ritratt meħud mill-bogħod juri l-post fejn dan l-iskart qed jinħatt mit-trakkijiet.


Dħalt fil-miżbla u ħadt aktar ritratti, din id-darba mill-qrib.

Mill-ħaxix ħażin u mill-marki tat-tyres huwa evidenti li dan l-iskart intrema hawnhekk riċentement u li kien qed jitwitta.






Dan il-munzell partikolari laqtitli għajnejja. Mid-daqs u mill-marki li għandu fuqu dan il-blat jidher li tqatta bi trencher. Din l-għodda żgur ma kienetx tintuża f’Malta fis-snin tmenin!


F’Wied Fulija hemm mormi wkoll ammont impressjonanti ta’ ħġieġ.

Dik li f'dan ir-ritratt (taħt) tidher qisha xmara tleqq f'nofs il-wied mhix magħmulha mill-ilma iżda minn skart tal-ħġieġ.


Minn dak li qaluli l-bdiewa u minn ftit riċerka li għamilt irriżulta li dan il-ħġieġ ilu mormi hemmhekk għal madwar sitt snin.

Dak iż-żmien il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Leo Brincat kienu ħaduha qatta bla ħabel kontra t-tqegħid ta’ dan l-iskart f’Wied Fulija. Il-Wasteserv kienet wieġbet li dan il-ħġieġ kien qed jitpoġġa hemmhekk b’mod temporanju qabel jiġi esportat.

Dalgħodu dan il-ħġieġ kien għadu hemm.

6 comments:

  1. Not to worry Norman the majority are all LABOUR.

    ReplyDelete
  2. Prosit Norman. Gurnalizmu ta' vera.
    Keep it up.

    ReplyDelete
  3. Prosit Norman. Gurnalizmu ta' vera.
    Keep it up.

    ReplyDelete
  4. Dan huwa rigal iehor tal MLP ghas South ta Malta. Haqqom iz-Zrieraq ghax iz Zurrieq fortizza laburista u dejjem ta mizbla stmah l-MLP.

    ReplyDelete
  5. sinjuri ambjentalisti u pulizija lil dawn li jaghmlu dad disastri ta ambjent kontra n natura thalluwom b xejn u ma toqghodux ghassa mahom u ma jehlux habs ghax l aqwa li mhux kaccaturi u nassaba

    ReplyDelete
  6. Dwar din l-istorja l-Onor Marthese Portelli, Shadow Minister għall-Ambjent, Enerġija u Trasport għamlet din il-Mistoqsija Parlamentari: "Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju illi ġewwa Wied Fulija qed jintrema’ ammont kbir ta’ skart, primarjament skart tal-kostruzzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa f’dan ir-rigward?"

    ReplyDelete