Tuesday, June 21, 2011

Bil-pass u bla ras


In-nannu spiss kien jgħidli li fiż-żmien li fit-toroq Maltin ma kinux jghaddu karozzi t-tfal kienu jilghabu l-ballun barra fit-triq. Jirrakkonta li dak iz-zmien la kellhom tarmak lixx u lanqas ballun tal-ġilda bhal dawk li jilgħabu bihom it-tfal tal-lum, izda kienu jixxutjaw dak li jsibu. Allura, ladarba fi Triq Bizazza ddecidew li ma jghaddux iktar karozzi, xi ħadd nostalġiku taz-żminijiet imghoddija iddecieda li jilghab partita futbol bl-irjus tal-monument li fil-jiem li ghaddew gie inawgurat b'tant briju u entuzjazmu.


L-ewwel li tilef rasu f'din il-partita kien Charles Clews, il-monument mhux il-persuna li tant dahhakna fi tfulitna. Izda kien hemm ohrajn li tilfu rashom fi Triq Bizazza, u mhux qed nghid ghall-monument ta' Victor Apap li sebah bla ras ghal ragunijiet li jista' jispjegalna biss xi fortune teller espert milli ghandna f'pajjizna.

Mal-lista tar-'rashom mitlufa' hemm ukoll dawk li ddecidew li minn din it-triq trid bilfors tghaddi bil-pass. Mahkuma mill-ecitament li kienu se jaghtu din it-triq "lura lin-nies", bhal dak li qallu li l-karozzi li kienu jghaddu minn hemm kienu jsuquhom l-aljeni, dawn insew javzaw lill-Arriva. L-Arriva hija dik il-kumpanija li ntaghzlet biex mit-3 ta' Lulju li gej twassalna minn triq ghall-ohra tal-gzira taghna. Imma mhux mit-toroq kollha. Fit-triq ta' Bizazza non arriva. U biex zgur il-karozza tal-Arriva ma tghaddix minn hemm qed jinghad li se jtuhom kumpens.

Fuq il-venda tieghi hsibt li ma kinetx tkun idea ħażina li kieku minn Triq Bizazza hallew lill-Arriva tghaddi. Tghaddi hi biss. B'hekk kien ikun hemm inċentiv iehor l-ghaliex ghandek tuza t-trasport pubbliku lewn kahlani li daqt jibda jzejjen it-toroq taghna. Tasal qabel u jekk trid, tkun tista' tieqaf f'dak ic-centru fejn tista' taqsam it-toroq minghajr ħornijiet ipaqpqulek biex thaffef. Minjaf dawk li ghandhom il-hwienet hemm jahsbuhiex bhali?

Mill-ftit li dort barra minn dawn ix-xtut li issa sirna nafu li ghandhom t-tieni l-iktar bahar nadif fl-Ewropa, gieli inzertajt abbord mezzi tat-trasport pubbliku li jghaddu minn toroq u pjazez li fihom ma jitħallewx jidhlu karozzi oħra privati. Tgħid iħalluhom jgħaddu għax ġralhom bħalna - tilfu rashom għal ftit ħin u mbagħad x'ħin irkupraw is-sensi riedu jiffrankaw il-kumpens?

No comments:

Post a Comment