Il-Qorti iddecidiet. Multa ta' 10,000 Ewro u 3 xhur habs ghal min spara lill-istilla tal-art. Fuq il-venda qed jidlam u jien u nhares 'l fuq lejn is-sema ftakart li l-istilel normalment fis-sema jkunu u mhux fuq l-art.
U hsibt: Kieku din l-istilla li sparawla kienet stilla tas-sema u mhux tal-art, kieku kellha par gwienah minflok erbgha saqajn, tghid bhalissa qed infittxu nifthu xi appell quddiem il-Qorti Ewropea? Tghid inkunu qed inhambqu li l-Gvern tnejjek bina tas-senter ghal darba, tnejn, tlieta? Tghid inkunu qed inperrcu l-ittri li baghtulna qabel l-elezzjoni jassigurawna li se nkunu nistghu nisparaw fuq kull ma jtir daqs kemm konna dari? Tghid inkunu qed nibdew niftiehmu biex norganizzaw xi protesta nazzjonali? Tghid ikun hemm min jibda jvenven l-idea li mmorru nisprejjaw xi gebla xwejha? Tghid il-kelliemi tal-oppozizzjoni jkun hareg xi stqarrija jghidilna kemm il-Gvern huwa pulcinell tal-Ewropa? Tghid il-Ministru jkun qed jiddefendi ruhu jghidilna li se jissielet sal-ahhar qatra demm biex ihares id-dritt ta' dawk li jippreferu jixxarbu fil-qtar tad-demm aktar mill-qtar tax-xita?
Imma mbaghad gejt f'tieghi. Ergajt dawwart harsi lejn din l-art helwa u ntbaht dan il-hati huwa differenti minn shabi tas-senter u t-thermos mimli kaffeina. Dan kiser il-ligi. Messu kien jaf li wara li spara lil Star suppost baghat SMS kif mitlub jaghmel mill-irjus kbar taghna. Kieku jahasra mexa mal-ligi ara kemm konna niffrankaw hin u protesti.
Jew forsi kellu ragun hu? L-SMS trid tibghatu wara li tispara jew wara li toqtol? Jekk suppost taghfas send wara li toqtol kellu ragun ma jibghatux ghax l-istilla tal-art kienet ghadha hajja wara li sparala.
B'dawn il-hsibijiet kollha jvenvnu f'mohhi se nasal tard ghall-fenkata mal-hbieb. Nispera li qabel bdiet tqaxxar it-tewm il-koka ftakret tibghat l-SMS. Ma rridx li harga mal-hbieb sal-Imgarr tispicca harga d-Depot tal-Pulizija.
No comments:
Post a Comment