L-Union tal-Piloti tal-Air Malta habbret li fil-15 ta’ Lulju se tagħmel protesta nazzjonali u l-għada, jekk il-Gvern jibqa' ma jagħtix widen għat-talbiet tagħha, se tordna strajk.
Fuq il-venda qed naħlu wisq bzieq nghidu l-ovvju. Kulhadd jaf li din l-Union ghandha kull dritt taghmel l-istrajks kollha li trid u li ghandha miljuni ta’ ragunijiet validi l-ghaliex tordna strajk. U meta nghid miljuni mhux qed nghid biss ghan-numru ta’ ragunijiet, imma wkoll ghall-ammont ta’ Ewros li taru fuq u taht l-isħab iktar minn kemm taru l-għasafar tac-ċomb tal-kumpanija.
Fuq il-venda qed naħlu wisq bzieq nghidu l-ovvju. Kulhadd jaf li din l-Union ghandha kull dritt taghmel l-istrajks kollha li trid u li ghandha miljuni ta’ ragunijiet validi l-ghaliex tordna strajk. U meta nghid miljuni mhux qed nghid biss ghan-numru ta’ ragunijiet, imma wkoll ghall-ammont ta’ Ewros li taru fuq u taht l-isħab iktar minn kemm taru l-għasafar tac-ċomb tal-kumpanija.
Fl-argumenti kollha li tisma’ b’appogg ghal din l-azzjoni industrijali ma tonqosx lanqas il-famuza kelma ‘solidarjeta`’. Li ma smajtx minghand dawn li jridu jkunu forcina tal-haddiema huwa jekk wara li semghu il-kelma ‘strajk’ marrux jigru jibbukjaw titjira mal-Air Malta u jekk ibbukjawiex ghas-16 ta’ Lulju. Ghal dawk li forsi ghadhom ma bbukjawx ghax ma jafux kif, nghidilhom li jistghu jibbukjaw billi jidhlu fil-website www.airmalta.com. Dawn jistghu jieqfu jaqraw u jmorru jlestu l-bagalji.
L-oħrajn li jibzgħu li jekk jibbukjaw ikunu qed jarmu flushom u jirvinaw il-leave taghhom u l-vaganzi ta’ wliedom jistghu ikomplu jaqraw, basta jieqfu jpecilqu fuq kemm se jaghmlu sewwa l-bdoti juzaw id-drittijiet taghhom.
Il-fatt hu li l-isħab fuq l-Air Malta huwa iswed u iswed hafna. L-Air Malta hija kumpanija falluta. Falliet ghax m’gharfitx tinbidel maz-zminijiet, ghax ghandha haddiema zejda (ta' fuq u t'isfel), ghax investiet hazin, ghax meta haddiehor kien qed ikecci n-nies jew jaghlaq il-bibien hi kienet qed taghti z-zidiet fil-pagi, ghax dahlet ghal kuntratti bla sens, ghax mhix kompetittiva fil-prezzijiet, ghax kellha tiffaccja krizi internazzjonali wara ohra u l-ahhar izda mhux l-inqas, ghax serviet ta’ loki ghal xi politici.
Issa s-sitwazzjoni hi li hi. Biex l-Air Malta tkompli ttir jien, int, il-ġirien tieghek u kulhadd se nohorgu bejnietna 77 Miljun Ewro (s’issa b’dawn nafu). Dawn se nhallsuhom aħna għax aħna lill-Air Malta għandna bzonnha ttir. Għandna bzonnha taħdem b’mod effiċjenti u jekk jista’ jkun bi qliegħ.
Vera, se jintilfu mal-500 impjieg. Ħasra għal dawn il-ħaddiema u għall-familji tagħhom u ħasra ikbar jekk il-Gvern iħalli li l-prezz tal-falliment jitħallas minnhom biss.
Pero’ ma nistghux ninsew li bil-flus taghna se nkunu qed insalvaw mat-800 impjieg. Nemmen li għandna nkunu solidari kemm ma’ dawk il-500 li se jitkeccew, kif ukoll mat-800 li se jibqgħu mal-Air Malta. Għalhekk zgur m’ghandniex niehdu azzjonijiet li jipperikolaw anke x-xoghol ta’ dawn it-800 ruh u l-ezistenza ta’ kumpanija li hija l-pont ta’ bejn il-gzira taghna u l-kumplament tad-dinja.
Lil dawk il-500 li se jitilfu l-impjieg se nħallsulhom skema ta’ irtirar li naf li mhix konsolazzjoni. Il-konsolazzjoni tinsab biss f’holqien ta’ postijiet tax-xoghol produttivi ghalihom kollha. Imma ma nistghux ninsew li dik il-mara li tkecciet mill-fabbrika tat-tessuti bla sold f’idejha u ghamlet sena l-ETC titghallem tittajpja u tibghat l-emails biex sabet xoghol gdid se tkun qed taghti mill-ftit taghha wkoll biex dawn il-500 ruh jiehdu somma, biex issalva lill-Air Malta u biex 800 ruh ohra jkomplu jahdmu fi hdanha. Din il-mara issa qed tahdem f’lukanda li fis-16 ta’ Lulju suppost se tkun mimlija turisti. Se nkunu solidari ma’ din il-mara? Jew la din mhix pilota se nigu naqghu u nqumu minnha?
Il-bdoti jafu li meta s-shab ikun iswed, l-aħjar għall-ajruplani huwa li jtiru ‘l fuq minnu. Jekk jagħzlu li taħt sħab iswed jibqgħu fuq l-art jafu li jistghu jixxarbu jew aghar minn hekk, tista' tolqothom xi sajjetta. It-titjir tal-ajruplani tal-Air Malta jinsab f’idejhom issa iktar minn qatt qabel. Kulhadd jista' jifhem ir-rabja ghall-izbalji tal-passat, imma iktar zbalji fil-prezent u fil-futur zgur mhumiex is-soluzzjoni.
No comments:
Post a Comment