Thursday, February 13, 2014

Minn ma' Franco għall-PBS

Dalgħodu fuq Radio 101 żvelajt li l-Communications and Customer Care Coordinator tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca irriżenja u beda jaħdem fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM.

Fis-snin li għaddew din il-persuna kienet tokkupa l-kariga ta’ Deputat Editur tal-gazzetta tal-GWU ‘l-orizzont’ u tal-gazzetta tal-Partit Laburista ‘Kullħadd’.

Sa fejn naf jien ma kien hemm ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post tax-xogħol li ingħata lil din il-persuna tal-qalba.

No comments:

Post a Comment