Sunday, February 23, 2014

Humpty Dumpty Tagħna Lkoll

Meta Humpty Dumpty ltaqa’ ma’ Alice (fil-ktieb Through the Looking-Glass) qalilha “Meta ngħid kelma, dik il-kelma tkun tfisser dak li niddeċiedi jien li tfisser, xejn iktar u xejn inqas.”

Illum nafu li meta Joseph Muscat jgħid “meritokrazija” u “Malta tagħna lkoll” u “tista’ ma taqbilx magħna imma tista’ taħdem magħna” ikun irid ifisser xi ħaġa differenti minn dak li nifhmu aħna.

Għall-Prim Ministru Joseph Muscat il-kliem ifisser biss dak li hu jiddeċiedi li jfisser. Eżatt bħal Humpty Dumpty.

No comments:

Post a Comment