Thursday, January 1, 2015

Dik is-sena li bdejna bil-protesti

Il-website tal-istazzjon nazzjonali TVM qed tfakkarna li mil-lum il-prezz tal-petrol sar €1.42 kull litru u dak tad-diesel sar €1.35 kull litru.

Ħassejtni fid-dmir nieqaf ftit mill-pawsa li kont qed nieħu għall-festi biex nagħti ftit tal-kuntest lil din l-aħbar stupenda.

Bi ftit riċerka ta' malajr sibt li f’Jannar 2011, meta fil-Gvern kellna lil GonziPN, kien tħabbar li l-prezz tal-petrol kien se jkun €1.31 kull litru u dak tad-diesel €1.21 kull litru.

Għal din l-aħbar, dak li llum huwa l-Prim Ministru Joseph Muscat kien irreaġixxa billi sejjaħ għal protesta nazzjonali fit-toroq tal-Belt Valletta għall-Ġimgħa 14 ta’ Jannar.

Niftakarni nċempel lill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern ta' dak iż-żmien biex ninfurmah li dakinhar konna se nagħmlu Xarabank speċjali eżatt wara din il-protesta u li ridna li jkun il-Prim Ministru Gonzi nnifsu li jiġi live fis-sala jiffaċċja lin-nies irrabjati għal dawn il-prezzijiet 'eżaġerati'.

Fil-borma tar-raġunijiet għal din il-protesta nazzjonali l-Mexxej Laburista kien poġġa wkoll il-prezz tal-gass, li minn dakinhar kien beda jinbiegħ €16 kull ċilindru.

Illum l-istess ċilindru li għandek fil-heater iqum 18.

U bilħaqq, dakinhar il-prezz internazzjonali taż-żejt kien kważi d-doppju ta’ dak li huwa llum.

Dan tista’ tikkonfermah int stess billi tidħol fil-website www.nasdaq.com/markets/crude-oil-brent.aspx

Jekk m'għandek aptit tħassar din il-ġurnata ta' festa bir-riċerka, hawn taħt ħejjetlek tabella meħudha mill-istess website li m'għandha bżonn ebda spjegazzjoni.

Is-sena t-tajba lil kulħadd.

6 comments:

  1. Is-sena t-tajba Norman.

    ReplyDelete
  2. ibqa sejjer kif int norman ikxef il qerq tal PARTIT LABURISTA .......LIBERALI

    ReplyDelete
  3. Argumenti tat tfal li bihom zgur mhux ha tirbhu l ebda elezzjoni

    ReplyDelete
  4. U smajt ukoll li l-prezz tal corn beef ha jinzel fil-prezz minn €50 kull 200 gram ghal €49.98. Veru dan kollu? Ghax hekk vera wert it jigi kieku naghmel naqa ross il-forn.

    ReplyDelete
  5. Regarding the fuel issue, it is not only the price which is higher but us consumers, (especially Petrol ) we are not informed what Octane we are filling our vehicles with , different cars need different octane to run efficiently. Other Petrol stations in Europe, Pumps are marked with this info and you can choose what to buy !

    ReplyDelete
  6. Petrol in Malta is of such poor quality that I doubt it even contains 92 octane. 98 is cheaper in most countries than the 92 you can get in Malta.

    ReplyDelete