Malli ħabbar id-data
tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa l-Prim Ministru Joseph Muscat
qalilna li hu se jivvota favur il-kaċċa. Jien ma nemmnux. Konvint li Muscat se
jivvota KONTRA l-kaċċa.
Ħafna interpretaw id-dikjarazzjoni
ta’ Muscat li se jivvota favur il-kaċċa bħala messaġġ lill-partitarji Laburisti
biex huma wkoll jivvotaw hekk. L-interpretazzjoni tiegħi hija l-iskop ta’
Muscat ma kienx li jikkomunika mal-partitarji Laburisti. Dak il-ħin
huwa ried jitkellem biss mal-kaċċaturi.
Il-Prim Ministru ma jirraġunax
f’termini ta’ referenda, iżda f’termini ta’ elezzjonijiet. Huwa jaf li
fl-elezzjoni ta’ tliet snin oħra l-issue tal-kaċċa fir-rebbiegħa se tkun mejta,
midfuna u minsija għal dawk li se jivvotaw kontra l-kaċċa.
Mill-banda l-oħra Muscat jaf ukoll li l-kaċċaturi
mhux se jaħfruha lil dawk il-politiċi li se jistqarru li se jivvotaw kontrihom,
speċjalment jekk il-verdett tar-referendum ikun kontra tagħhom.
Ilbieraħ Muscat qabad u qatgħalha
rasha biex ir-rabja tal-kaċċaturi għall-aħbar tad-data tar-referendum ma tkunx għalih. U m’għandix
dubju li Muscat mar jorqod bit-tama li din ir-rabja eventwalment iddur fuq
Simon Busuttil.
Iżda fil-11 ta’ April, meta Joseph
Muscat se jkun waħdu quddiem il-karta tal-vot mhux se jkollu kalkoli ta’ komunikazzjoni u
telf u rebħ ta’ voti x’jagħmel. Minflok se jkollu jagħżel jekk jeħlisx minn din
l-issue darba għal dejjem jew ikollux jiffaċjaha kull April sakemm idum Prim
Ministru.
Muscat jaf li rebħa
għall-kaċċaturi ttihom poter ikbar fuqu. Jaf li jekk il-kaċċaturi jirbħu
r-referendum mhux se jkun jista’ jġibilhom iktar skużi biex ma jtihomx dak li
jridu u dak li wiegħedhom jew li ħasbu li wiegħedhom. Jaf ukoll li kull staġun li
jerġa’ jiftaħ fir-rebbiegħa jista’ jsarraf f’immaġini ħażina għall-Gvern
immexxi minnu u possibbilment anke’ inkwiet mal-Kummissjoni Ewropea.
Iffaċċjat b’dawn l-għażliet,
m’għandix dubju li waħdu f’kaxxa fi skola f’Burmarrad Joseph Muscat se jivvota kif
jaqbillu: se jivvota KONTRA l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Imbagħad jekk fir-referendum tgħaddi tiegħu, tal-ambjentalisti u tal-għasafar lill-kaċċaturi jgħidilhom li ma kienx tort tiegħu għax hu vvota bħalhom!
Imbagħad jekk fir-referendum tgħaddi tiegħu, tal-ambjentalisti u tal-għasafar lill-kaċċaturi jgħidilhom li ma kienx tort tiegħu għax hu vvota bħalhom!
li lieku Joseph Muscat ried li l-kaccaturi li jibqghu ikollom il-kacca fir rebbiegha kellu zmien bizzejjed biex inehhi il-ligi li hemm
ReplyDeleteIżda, bħal ma qal Norman, Joseph Muscat ma jridx li jidher hu li jmur kontra tagħhom wara li għamihom bil-wegħdiet ta qabel l-elezjoni.
Deletelil kaccaturi Joseph Muscat hadimhom wahda u tajba fejn tahom il habel biex jitalqu bih u bhal boloh emmnuh .Issa jekk ir-referendum jghaddi anke id-deroga ghal kacca fir-rebbiegha li kien gabilhom gvern nazzjonalista tispicca .Mela kif haddiemhom lil kaccaturi JM ,kif ha il gvern f'idejh l-ewwel ma ghamel kien li nehha il pulizija li kellom esperjenza biex jissorveljaw lil kaccaturi u minflokhom pogga pilizija bla esperjenza biex il kaccaturi jabuzaw u hekk tinholoq reazzjoni mil birdlife u l-ambjentalisti li waslet ghar-referendum.
ReplyDeleteProsit Norman kemm tohlom sabieh. X'tiehu Stillnox jew xi haga ahjar?
ReplyDeleteLaburist njorant pupaz ta JM
DeleteMeta qal li se jivvota favur il-kaċċa, Muscat ma ġibidx fuqu l-għadab tal-kaċċaturi imma ġibed dak tal-ambjentalisti.
ReplyDelete