Dejjem għidt li d-deroga negozjata
mal-Unjoni Ewropea biex tkun tista’ ssir il-kaċċa fir-rebbiegħa ġabha Gvern
Nazzjonalista. Ma’ dan kont inżid ngħid li kien l-istess Gvern Nazzjonalista li
ġġieled kawża fil-Qorti Ewropea biex din id-deroga tkun tista’ tkompli
titħaddem. Huwa biss b’riżultat ta’ din il-pożizzjoni u permezz ta’ din
il-ħidma tal-PN li f’pajjiżna illum għadha tista’ ssir il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Dan id-diskors ma kontx
ngħidu għax jien personalment naqbel mal-kaċċa fir-rebbiegħa. Kont ngħidu għax din
kienet u għadha l-pożizzjoni tal-PN.
Fil-fatt ir-referendum li se
jsir fil-11 ta’ April se jsir propju biex jitħassar dak li għamel Gvern
Nazzjonalista.
Għaldaqstant ma nifhimx lil
dawk li llum qed jgħidu li l-PN m’għandux pożizzjoni dwar din il-kwistjoni. Il-pożizzjoni
tal-partit hija ċara kristall u kienet imtennija kemm-il darba mill-eks Prim
Ministru Lawrence Gonzi u mill-Kap attwali Simon Busuttil.
Naturalment dan ma jfissirx
li kull min huwa partitarju Nazzjonalist għandu bilfors jaqbel ma’ din
il-pożizzjoni. Ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa huwa opportunità għal
dawk li filwaqt li jaqblu mal-maġġoranza assoluta tal-politika tal-PN, fuq din
il-kwistjoni jridu li l-pajjiż jaqbad triq oħra.
Dawn għandhom kull dritt
imorru jivvotaw biex iħassru dak li għamel il-PN fil-Gvern. Dan id-dritt
tagħhulhom l-istess Gvern Nazzjonalista li daħħal fil-liġi tar-referendum
id-dritt tal-poplu li jagħmel hu dak li ma jagħmlux il-partiti li
jirrappreżentawh fil-Parlament.
At last someone's talking some sense.
ReplyDeleteje suis gamiema
ReplyDeleteNigi naqa u nqum x'inhi il- posizzjoni tal- PN, ghandhi mohh biex nahseb aktar minn Simon Busuttil u sejjer nivotta LE ghal kacca fir -Rebbiegha!
ReplyDeleteKemm in cuc fil kumment Thorny
DeleteThe PN needs to sum up things with the hunting fraternity of all the mishaps it suffered through deceit and incompetence when it mishandled the derogation resulting in two seasons lost. It should have done this long ago and being lethargic at it is only compounding the issue further. Staying on the fence will only reinforce AD that prompted this referendum for future electoral gain.....
ReplyDeletejiena wkoll ser nivota le ghal kacca fir rebbiegha u jiena laburist sinjuri tal PN
ReplyDeleteProsit Norman u heggeg lill-Nazzjonlisti bhalna biex jivvutaw favur id-deroga li gibtulna meta dhalna fl-unjoni ewropeja
ReplyDeleteJien ukoll
ReplyDeleteJien ha nivota iva ghax ahjar ikolli tifel johrog f4 ta filodu al kacca milli jithol flerba ta filodu mhassar bid droga ... plus li jien mhux egojist ghax kemm laham,hut ,tjur u hafna iktar nikolom ukoll
ReplyDeletevoldieri kull min johrog u jdum barra jiehu id drogi skont inti , kemm inti bravu .. u min hu kaccatur ma johrogx u jdum barra u idahhaqx .. sib argumenti validi mhux argumenti bazwijin
DeleteDiga giet ippoliticcizzata bizzejjed din l-issue. .mintx tara ha. Jien ha nivvota iva ghax l-unika delizzju li ghandu zewgi avolja ma naqbilx mal-kacca.
ReplyDeleteMel'inti taħseb u tiddeċiedi b'moħħ żewġek?
DeleteJghid x'jghid Simon ahna Le ha nivvutaw.
ReplyDeleteIl-voti tal-kaccaturi ilhom li marru mal-Labour minn 1996, staqsu lil Stanley Zammit dwar dan. Issa wara il-kummiedji li saru fl-ahhar snin dwar l-ambjent, li telfu hafna voti, il-PN ghandu jiehu stand favur dak li hu ovju.
jien zgur li le sejjer nivvota jghid kullhdd li irid
ReplyDeleteJien ha nivvota le ghax ma rridx li it tifel tieghi meta jikber ma jarax ghasfur imgiddem fl ajru meta jikber ghax hawn 4 iridu joqtlu kull ma jaraw fl ajru hekk ghal pjacir taghhom , u iva jien niekol laham , hut u ghasafar imma niekolhom mhux ghax nobod l annimali u irrid narhom maqtulin ghal pjacir tieghi izda biex nghix .. u kieku ghadna fi zmien li biex tiekol trid tikaccja kont nivvota iva imma dak iz zmien ilu li spicca !! jien laburist kont ghadni u nibqa u mhux se taffetwali il vot anke jekk JM huwa favur il kacca .
ReplyDeleteLE ghal Calascione.Tiftakru x'kien jghid fiz-zmien l-elezjoni. LI TIZRA TAHSAD
ReplyDeleteLa PN u lanqas PL mandu jidhol fija din bhal tad divorzju
ReplyDeleteKif qatt tista' taqbel ma' qtil ta' animal li sejjer ibejjet? Il-kaccaturi jistghu jipprattikaw il-passatemp taghhom matul is-sena kollha izda mhux f'dak iz-zmien daqshekk delikat meta l-ghasafar ikunu qed ibejtu. Fejn hi l-kuxjenza u s-serjeta' politika u onesta li tant jghajjat biha simon busuttil? Jien nahseb illi b'din pozizzjoni li ha Simon Busuttil (li jiena cert li anka hu ma jaqbilx mal-principju ta' kacca fir-rebbiegha) il-parti nazzjonalista ser jitlef opportunita' tad-deheb milli jerga jakkwista il-voti ta' dawk li tawh darhom fl-ahhar elezzjonijiet.
ReplyDeleteprosit norman. min jaqra dan il blog ilna erba t ijiem nafu x kien ser jghid simon busuttil
ReplyDelete