Saturday, January 3, 2015

Ikkonfermata t-tkeċċija ta' 45 ħaddiem

Il-gazzetta The Times illum ikkonfermat l-aħbar li dehret ilbieraħ f’dan il-blog dwar it-tkeċċija ta’ numru kbir ta’ ħaddiema b’konsegwenza diretta tad-deċiżjoni tal-Air Malta li tnaqqas drastikament is-servizz tal-ikel li jkun inkluż fil-prezz tat-titjiriet tagħha.
 
Fir-rapport ta’ The Times kelliem għall-kumpanija kuntrattata mill-Air Malta, Sky Gourmet Ltd, ikkonferma li f’dawn il-ġranet ta’ festi l-kumpanija tat is-sensja lil 45 ħaddiem.

Ikolli ninnota li din l-aħbar ma ssemmietx fil-bulettin tal-aħbarijiet ta' TVM, li minflok ta importanza lill-kwistjoni li qamet dwar dawn l-‘ikliet’ mal-Union tal-Cabin Crew.

Ma qrajna xejn dwar dawn il-ħaddiema lanqas fuq il-gazzetta jew fuq il-website tal-General Workers’ Union.

Jewilla dawn il-ħaddiema għandhom xi ħaġa inqas minn ħaddiema oħrajn? Dawn ħaddiema tat-tieni jew tat-tielet klassi? Għal dawn il-ħaddiema m’hawn ħadd li lest jitkellem u joħroġ għonqu?

Għal darb’oħra ntenni s-solidarjetà tiegħi lil dawn il-ħaddiema u lill-familji tagħhom.

Kull min minn dawn il-ħaddiema jixtieq jagħmel kuntatt miegħi, jista’ jibgħatli email bid-dettalji tiegħu/tagħha fuq vellanorman.pn@gmail.com

3 comments:

  1. Il-haddiem ma baqalu sahha ta xejn

    ReplyDelete
  2. i have used air Malta for many years and the food was nothing to talk about ,now its even worse,

    ReplyDelete
  3. fejnu tony zarb???? nahseb tawh xi hazna bziezen biex jalqulu halqu/

    ReplyDelete