Ħafna kienu qed jaħsbu li r-referendum isir
wara li jinfetaħ u jingħalaq dak li seta' jkun l-aħħar (jekk jgħaddi r-referendum) staġun
tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Għaldaqstant l-ewwel reazzjoni għal din id-data tista’ tkun
li din hija deċiżjoni li tmur kontra l-interess tal-kaċċaturi.
Jien naraha bil-maqlub.
L-uniku mod li l-kaċċaturi jistgħu jirbħu
r-referendum huwa billi huma u dawk li jaqblu magħhom joħorġu jivvotaw bi
ħġarhom, filwaqt li l-maġġoranza ta’ votanti li ma jaqblux mal-kaċċa imma
mhumiex passjonali daqshom jibqgħu d-dar.
Jekk isir staġun ieħor ta’ kaċċa ftit ġimgħat
qabel ir-referendum ikun iktar faċli għall-koallizzjoni ta’ kontra l-kaċċa
fir-rebbiegħa li timmobilizza lil dawn il-votanti u tħajjarhom imorru jivvotaw.
L-aqwa kampanja referendarja li seta’ kellha l-koalizzjoni kienet dan l-‘aħħar’
staġun tal-kaċċa. L-agħar kampanja għall-kaċċaturi kienet tkun staġun ieħor imtappan b'illegalitajiet u abbużi minn xi wħud fosthom.
Joseph Muscat diga qal li hu se jivvota favur il-kacca. Ghadna lanqas bdejna u lil Laburisti diga qallhom kif iridom jivvutaw.
ReplyDeletebaqa madwar 3 xhur sar referendum....l kampanja tal elezzjoni generali ukoll kellha 3 xhur. nahseb 3 xhur nidibattu issue wahda is more than enough bix jidecidi il poplu...
ReplyDeleteJoseph Muscat qed jimxi mal-mandar li tah il-manifest elettorali 'Malta taghna Lkoll' fl-2013. Dan ma jghid xejn differenti minn dak li qal li nnegozja mal-EU Eddie Fenech Adami fl-2003. Mhux talli hekk, talli Simon Busuttil ghamel 10 jiddefendi d-dritt tad-deroga tal-kacca fir-rebbiegha.
ReplyDeleteJoseph Muscat diga' ppoliticizza r-referendum sabiex il-merhla timxi warajh
ReplyDeleteNispera li Simon Busuttil li kien kap Negozjatur tal MIC jkun ftit konsistenti u jivvota biex id deroga tibqa.
ReplyDeleteIssa ma tridux tippoliticizzaw l issue?
Ikolli nghid illi diga kellek artilklu iehor lest li kieku id-data tar-referendum kella tkun wara li jaghlaq l-istagun tal-kacca.
ReplyDeleteil-konkluzjoni imma kienet tkun l-istess, illi gara hekk biex jagevola il-kaccaturi.