Tuesday, August 16, 2011
Ajma xi ħruq
Fuq il-venda jafuni sewwa. Allura qed nistenna li dalwaqt jistaqsuni x’jaħraqni l-iktar… Il-kummenti razzisti fuq it-timesofmalta.com fuq il-protesta li qed issir bħalissa mill-immigranti ta’ Ħal Safi jew il-protesta nnifisha, bit-tfiegħ tal-ġebel u t-tkebbis tan-nar b’kollox?
It-tweġiba tiegħi lesta. Lili jaħarquni l-aktar il-kummenti ta’ dawk li dejjem japrofittaw ruħhom minn xi sitwazzjoni bħal din biex jinfexxu jirremettu l-mibgħeda lejn bnedmin oħra.
Fuq nota personali nixtieq navza lil dawk li xi kultant niltaqa` magħhom quddiem kikkra kafe` jew platt spaghetti li jekk ikun bi ħsiebhom joqogħdu jgħiduli kemm ma jaħmlux lil dawn is-suwed, jien immedjatament se nqum u bla kliem u bla sliem se nitlaq l’hemm. Eh… u jekk inkunu diġa ordnajna, il-kont f’idejkom.
Intant, nawgura lill-forzi tal-ordni li bħalissa qed jaqdu dmirhom f’isimna f’Ħal Safi biex mill-aktar fis jirnexxielhom iġibu s-sitwazzjoni għan-normal mingħajr ħadd ma jweġġa għalxejn.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
PROSET DAK OU EL BNEDEM TA VERO SOWED JW BOJOD KOLNA BNEDMIN OU EL MEBEQDA MA TJBA XJN OU EL MALTE POBLO GNEROS OU MATHALOX MIN JRMETE FOQ EL PANDERA TA MALTA
ReplyDeleteTHNK YOU MALTA AND GOD PLEACE YOU