Wednesday, August 3, 2011

Jekk jirreżenja Edgar irid jirreżenja George Abela


Fuq il-venda llum kulħadd deher iktar kuntent mis-soltu. Ħsibt li ġara xi miraklu u li l-Arriva waqfet tagħmel il-bużullotti, imma ma kienx il-każ. Allura staqsejt l-għaliex dan il-ferħ kollu u qaluli li kienu qed jgħoxew bis-sentenza mgħotija mill-Qorti liż-żewġ saċerdoti li nstabu ħatja ta’ abbuż.

Ta’ iffissat li jien xorta pruvajt naqbadha ftit fuq dan Edgar l-assistent ta’ Gonzi u fuq għandux jirreżenja jew le, imma ħadd ma ta kasi. Kulħadd fil-fathers kien moħħu. Allura ġejt ninfexx hawn.

Għax jien ma nistax nifhem kif dawk li qed jgħidu li Edgar għandu jdabbar rasu, ma lissnux kelma meta George Abela l-President għamel bħalu. U mhux talli lill-President ma qalulux biex jirreżenja, talli bilkemm ma bdewx jiġbru biex jagħmlulu monument biex jirringrazzjawh tal-intervent tiegħu. Issa jekk illum tridu taqraw biss fuq l-abbużati, xorta komplu aqraw, għax anke f’din l-istorja jidħlu.

Mela, l-istorja hija li f’April 2010 il-President iltaqa’ ma’ sitt irġiel li dak iż-żmien kienu għadhom fl-istadju li ‘qed jalleggaw’ abbuż minn tliet saċerdoti li suppost kienu qed jieħdu ħsieb it-trobbija tagħhom. U l-President wiegħed lill-irġiel li se jara l-għaliex il-każ tagħhom kien qed jittawwal. Jekk din l-istorja nsejta jew lili ma temminnix klikkja hawn.

X’ġara wara din il-laqgħa fil-Palazz jien ma nafx. Il-possibiltajiet huma tnejn. Jew il-President tnejjek bihom u m’għamel xejn, jew biex ra dak li wiegħed li se jara, ċempel lil xi ħadd u staqsa x’kien qed jiġri. L-istess kif għamel Edgar meta Cyrus Engerer qallu li qed jissuspetta li l-każ ta’ missieru mhux għajr konġura politika.

Allura min illum qed jgħid li Edgar dineb għax indaħal fejn ma jesgħux jew għax b’xi mod prova jinfluwenza l-andament tal-ġustizzja, ma jistax jabdika milli jgħid li l-President George Abela għamel l-istess dnub meta wiegħed l-interessament tiegħu fil-każ tal-abbużati. Il-konsistenza tiddetta li jekk tgħid li għandu jirreżenja wieħed, għandek titlob ukoll ir-riżenja tal-ieħor.

Biex ħadd ma jifhimni ħażin jew ipoġġili kliem f’ħalqi se ngħidilkom li għalija l-President m’għamel xejn ħażin. Għamel sewwa daqs kemm għamel sewwa Edgar. U la t-tnejn għamlu s-sewwa, għalija jistgħu jibqgħu f’posthom u jistgħu ikomplu jeżiġu li l-ġustizzja ssir u li ssir b’ġustizzja.

Imma trid tkun ipokrita u pulċinell biex tgħid lil Gonzi jeħles minn Edgar fl-istess ġimgħa li tmur taqta’ l-biljetti għall-August Moon Ball biex tgħaddi serata tiżfen, u forsi tikser xi sieq, fil-kumpanija tas-Sinjuri Abela.

13 comments:

  1. jigifieri ghalik ma gara xejn hazin li seg privat tal prim ministru cempel lil kumissarju u talbu jiehu azzjoni .... propju wara li is sinjur cyrus irrezenja mil PN ? fl-opinjoni tieghi qed thallat naqra bejn segretarju privat u president ta malta !!!!!!!

    ReplyDelete
  2. Edgar Galea Curmi ma cempilx lill-Kummissarju biex jitolbu jiehu azzjoni. Cempillu biex jghidlu dak li kien ghadu kif qallu Cyrus, jigifieri li kien qed jissuspetta li l-kaz ta' missieru kien konsegwenza tar-rizenja tieghu mill-PN u s-shubija tieghu fil-PL. Il-Kummissarju cahad din l-allegazzjoni. L-unika haga li Edgar talab lill-Kummissarju kienet li jghid lill-avukat ta' missier Cyrus li l-kaz tieghu ma kellux x'jaqsam mal-politika. Il-Kummissarju din it-talba m'accettahiex. Dawn huma l-fatti.

    ReplyDelete
  3. Lanqas int Nazzjonalist sfegatat u ahdar biex tixtieq lil xi hadd jerga' jikser saqajh.

    ReplyDelete
  4. Biex tixtieq lil xi hadd jikser saqajh mhux Nazzjonalist jew Laburist trid tkun imma ahdar u baghal. Li zzerzaq kumment satiriku fuq incident sfortunat hija haga totalment differenti. Merhba fid-dinja.

    ReplyDelete
  5. Ghaziz Norman, nahseb li hemm kemmxejn differenzi bejn il kaz ta' George Abela u dak ta' Edgar Galea Curmi. Fil-kaz ta' George Abela, il-President kull ma ghamel (jekk ghamel) kienet li jara ghalfejn ir-rota (guridika) ma kinitx ghaddejja bl istess pass tas-soltu, u jekk id-dewmien kienx gustifikat. George Abela kien kompletament distakkat minn dan l-incident. Fil-kaz ta' EGC, EGC ma cempilx lill-kummissarju biex jara li r-rota timxi kif suppost. Dan cempel lil kummissarju biex jikkumbatti l-akkuza li kien hemm indhil politiku fiha. EGC kien "akkuzat" f'din l-istorja mentri George Abela ma kienx. Minghajr ma nidhol fil mertu ta' jekk EGC kellux jirrizenja jew le, nemmen li l-paragun tieghek m'huwiex wiehed adegwat.

    ReplyDelete
  6. L-uniku akkuzat fl-istorja ta' EGC huwa missier Cyrus Engerer. EGC cempel lill-Kummissarju ghax Cyrus Engerer innifsu qallu bis-suspett li l-kaz ta' missieru kellu motivazzjoni politika. EGC talab spjegazzjoni lill-Kummissarju bl-istess mod kif il-President talab (jekk talab) spjegazzjoni dwar l-ghaliex il-kaz tal-abbuz kien qed jittawwal izzejjed.

    ReplyDelete
  7. Il-President iżomm l-ogħla kariga fil-pajjiż u għandu dover jara li l-istituzzjonijiet tal-Istat jiffunzjonaw sew. Il-President hu wkoll iċ-Ċermen tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja jekk forsi insejt.

    Edgar Galea Curmi mhux talli mhu ħadd, talli issa qed joħorġu stejjer li ma kienx każ iżolat dak ta' Engerer imma ilhom isiru tentattivi biex il-Pulizija turi forza u taġevola Gvern taħt assedju (l-istess bhax-show of force tal-SAG bil-gass tad-dmugħ fil-Birgu fl-89).

    Norman, kun infurmat qabel tikteb għax tirbaħ aktar kredibilita'.

    ReplyDelete
  8. Jekk Joseph Muscat 'ipokrita u purcinell' ghax imur jiekol ma' Abela fl-August Moon Ball kemm hu iktar purcinell is-Sur Norman Vella li sikwit jidher jiekol ma ufficjali gholja f'Kastilja u imbghad jilghaba tan-newtrali??? Hallina tridx!

    ReplyDelete
  9. GHANDEK REGUN SIEHBI NORMAN GHAX DANN IL-POPLU HU AKTAR MOHHU F` XI VENDETTA MILLI DAK LI KONT QED TGHID INT , FIL-WAQT LI NGHID LI MINN JIZBALJA IRRID IHALLAS GHAL GHEMILHU MA RIIDUX NIFMU LI JKUN HAWN LI KAZZ BHAL DAK JAGHMEL STORJA KBIRA LI QLUB MALTIN JISTRIEHI, FL-OPINJONI TIEGHI EDGAR MA GHAMEL XEJN HAZIN GHALMENU FUQ DAK LI QRAJT MILL-ARTIKLU LI KITEB HU NHAR IL-HADD LI GHADA. STORJA GHAD TRIDD TIGUDIKANA NORMAN. J`ALLA XARABANK JIDISKUTI DAN IS-SUGETTI UKOLL U JIEN INKUN MINN TA` QUDDIEM LI NITKELLEM .

    ReplyDelete
  10. ara vera m ghandekx x taghmel habib

    ReplyDelete
  11. Ghaziz Norman

    Jidher li caqlaqt blata tajba u anke li l blogg tieghek jinqara.L-istorja ta' Edgar hija biss okkazzjoni ghal min qieghed attent iffittex kull xahra fl-ghagina bhal ma kien talab il-qassis il-kbir fuq il-kundanna ta' Kristu.Niftakru li anke halsu xhida foloz biex jakkuzawh. Hawn tkompli tinftihem u tnebbeh lilna li naghddu mit-toroq u l-pjazzez dak is-say issa famuz fil-politika progressiva "The ends justifice .... Ghal dawk li jhossuhom aktar komdi bil-lingwa maltija, din l-istorja hija tsunami fi plattina. Jiena minhiex kattoliku ferventi izda bhala wiehed mill-hafna nies kristjani li ghandna f'pajjizna nattendi l-quddiesa nhar ta' Hadd u hemm say iehor li jinqara darba fis-sena mill-vangelu, din id-darba ta' Gesu' Kristu " min huwa pur iwaddab l-ewwel gebla" Tislijiet lil tal-venda u dawk li ghax jaqblihom qieghdin igergru fuqha...

    ReplyDelete
  12. andek agenda Normann, jiddispjacini daqsekk qrajt artikli tieghek hawn..

    Roberto Ferrero

    ReplyDelete
  13. Ovvjament ghandi nifhem li kienu ghamilt argument li Edgar Galea Curmi ghandu jinghata l-forka ma kienx ikolli agenda. Mhux hekk?!

    ReplyDelete