Tuesday, August 16, 2011
Nikita u l-verġinita`
‘Nikita’ ta’ Luc Besson huwa wieħed minn dawk il-films li tissaporti toqgħod tarah biss meta taqleb kemm taqleb stazzjonijiet ma ssib xejn aħjar. Iżda dan it-thriller Franċiż tant intgħoġob li fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku għamlu minnu serje għat-televixin. Ikkopjaw, sorry, xtraw l-idea u ġebbduha kemm felħu. Biex ngħidu kollox bidlulu ftit l-isem u għamluh ‘La Femme Nikita’.
Fis-sena tad-Divorzju, f’Malta wkoll bdejna noħolqu s-serje tagħna bl-isem ta’ ‘Nikita’. Iżda n-Nikita Maltija m’għandiex x’taqsam mad-delinkwenti żagħżugħa ta’ Besson. In-Nikita tagħna ġejja mill-partit progressiv u l-gwaj tagħha beda meta nqabdet tikkopja artiklu tal-gazzetta r-roża. Le, mhux dik ir-roża tal-futbol Taljan. Din Nikita mill-Financial Times ikkopjat.
Meta fuq il-venda bdew jiddiskutu din l-istorja jien ma kontx se nidħol fiha. Din ta’ Nikita taffetwani ħafna inqas minn meta jinħaraqli t-toast u jkolli nieklu bilfors għax ikun sarli wisq ħin biex nixwi ieħor. Allura stagħġibt kif ċuċata bħal din ħadet il-prijorita` tad-diskussjoni. Forsi għax mhu jiġri xejn iktar interessanti? Ma nafx. Naf biss li dan il-famuż blog ta’ Nikita sar iktar famuż issa li tneħħa mit-Times (ta’ Malta) milli meta Nikita kienet toqgħod taħli l-ħin fuqu flok tagħmel bħal ħafna żgħażagħ ta’ mpara u tmur sal-beach tiddandan b’bikini tad-ditta.
Insomma, fuq il-venda tgħidx x’xalata għamlu b’din l-istorja. Imma oħroġ il-għaġeb minflok tkażaw b’Nikita, dawn iddieħku biha. Bi tbissima tat-tip ‘kliem ix-xiħ żomm fih’ qaluli li ċ-ċuċ mhux dak li jikkopja imma dak li jinqabad! Bdew jgħidu li Nikita la hi l-ewwel waħda u lanqas se tkun tal-aħħar li kkopjat. U balleċ semmewli ħafna eżempji ta’ nies li għamlu bħal din Nikita. Ovvjament kollha kienu eżempji ta’ ċwieċ li nqabdu.
Allura la dawn ma marrux jistaħbew fejn ma jsibhom ħadd, għaliex lil Nikita qed jippretenduha tirreżenja mill-eżekuttiv tal-partit?
Ir-risposta l-aktar loġika hija li din Nikita tagħmel parti minn partit li meta jaqbad lil tan-naħa l-oħra f’xi waħda bħal din, jagħmel festa minnhom. U l-konsistenza politika titlob li jekk bi żball, bi żvista jew b’kumbinazzjoni xi ħadd tal-Labour jinqabad jagħmel xi ħaġa li meta nqabdu jagħmluha tal-PN talbu rashom fuq platt, il-PL għandu jagħmel kif jippriedka u jlesti l-platt u l-giljottina.
U l-konsistenza titlob ukoll li dawk li qed jagħmlu dan l-għaġeb kollu fuq Nikita ma joqgħodux jaħbu u jiddefendu lill-copycats ħbieb tagħhom. Trid tkun verġni biex toqgħod titkaża u takkuża.
Issa jien ma nagħmilx mal-verġni. Ħa niftehemu, dan li nikteb hawn huwa kollu oriġinali. Imma pereżempju meta nkun irrid nivvinta xi ħaġa għad-dar nixba nqalleb f’magazines (mingħajr ma nixtrihom) forsi nikkopja xi ħaġa li togħġobni. Taf int, tiġik irħas hekk milli bid-designer.
Għalhekk li Nikita jkollha tirreżenja għax inqabdet lura bil-faċendi u ħelset l-artiklu tal-blog bi spjunaġġ fuq il-Financial Times ma tinżilli xejn. Jekk għandha kontribut x’tagħti, ħalluha tkompli ttih.
Wieħed Laburist li jkun fuq il-venda qabel miegħi imma għal raġunijiet differenti. Qalli “Għallinqas għandna lil xi ħadd fil-partit li jaqra l-Financial Times. Mhux ta’ min jitlifha waħda brava daqshekk.” Imma dal-Laburist qalli wkoll li jekk Nikita ma ddabbarx rasha, il-partit se jkollu problema biha. Qalli “La wara l-kampanja li għamilna fuq David Agius issa nżommu lil Nikita, se nwasslu messaġġ li ma tistax toqgħod fuqna. Se jgħidu li aħna ma nagħmlux kif nippriedkaw. Se jaħsbu li la nkunu fil-Gvern anke aħna se nċemplu lill-Kummissarju tal-Pulizija. X’waħda din! X’waħda dħalna fiha!”
Għalija s-sensiela ta’ Nikita ta’ Malta tista’ tieqaf hawn. Ngħid biss li lili l-ipokrezija, tiġi minn min tiġi, tinżilli ferm inqas mill-ikkopjar.
PS: Ir-ritratti li użajt għal dan l-artiklu ikkopjajthom kif ġej: google search għall-faċċata tal-Financial Times u għall-poster tal-film ‘La Femme Nikita’ u l-Facebook ta’ Nikita għar-ritratt tagħha.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
U messaġġ żgħir lil Nikita. La nqbadt fuck it. Toqgħodx tipprova tiddefendi lilek innifsek meta tkun għamilt ċuċata u jkun rak kulħadd tagħmilha. Ammetti li għamilt waħda ta’ ċuċ, skuża ruħek ma’ min joqgħod jippriedkalek il-morali (u x’ħin jitlaq ibgħatu jieħdu f’sormu), u ara kif tagħmel biex mil-lum ‘l quddiem turi lil kulħadd li int m’intix biss dik li kkopjat artiklu tal-FT.
ReplyDeletemmm interessanti! Haga ta min jirrimarka li l-kummiedja li ghamel David Agius hija hafna iktar gravi u dan kif ghedt inti ikkupjat l-artiklu sabiex tiffranka daqxejn hin ma narax lok li nkomplu nsallbuha u ghandna nhalluha tahdem.
ReplyDeleteqed taghmel ghageb ghax din nikita ikkupjat min fuq il finacial times ghal fuq il blogg personali taghha,mhux daqsek gravi !!il- gravita tkun meta bhal david agius ikopja fl-ezamijiet u jinqabad darbtejn u jaghdi w iggib ir-rizultati u jilghaba ta'xi bravu jew nteligenti!!u gravita ohra hi ta' david casa fejn ukoll inqabad jikoppja u pejsta rapport gol parlament ewropew !!!
ReplyDeleteKieku qabel tikkummenta taqra l-artiklu li tkun qed tikkummenta fuqu taqta figura ahjar.
ReplyDeleteSorry ta, imma tnejn hziena ma jaghmlux wahda tajba. Agius zbalja u Nikita zbaljat ukoll. Din mentalita bazwija li tiddefendi zball ghax xi hadd ghamel wiehed ikbar u li min ghalik hu ghar. Wiehed joqtol mija u iehor joqtol wiehed, id-defensur ta' li qatel wiehed ma jghidx ghax dak qatel mija, allura il-klijent tieghi ghandu jigi skuzat.
ReplyDeleteAnke jekk taraha kompletament barra l-politika, l-ħaġa mhux sew. M'għandux ikun li tikkoppja mingħajr ma tikkredita s-sorsi tiegħek. Int min int. Fuq hekk ċert li naqblu.
ReplyDeletenorman agendas qisek il-hanut tal-gazzetti, LOL
ReplyDelete