Thursday, August 18, 2011
L-annimali fil-kċina Presidenzjali
Fil-ġurnata li n-nassaba li niltaqa’ magħhom fuq il-venda qed jerġgħu jaħilfu li no trabokki no vote, fettilli mmur sal-Palazz ta’ San Anton. Hemmhekk għadhom kif fetħu parti oħra tal-ġonna għall-pubbliku. Din il-parti tissejjah 'Kitchen Garden'. Hemm fejn jilgħabu t-tfal, hemm fejn tieħu kafe`, hemm fejn tirrilassa ftit gratis u hemm ukoll l-annimali imsakkrin fil-gaġeġ. U meta ngħid annimali mhux qed ngħid biss tiġieġ u oħrajn li mdorrijin naraw hawn Malta, imma wkoll oħrajn li mdorrijin narawhom biss fuq in-National Geographic bħall-emu, l-llama u oħrajn.
Issa biex inkun onest magħkom jien ma tantx jien xi wieħed minn dawk li tuġgħani l-kuxjenza għall-annimali, tant li bħalissa għandi nofs tużżana drumsticks qed isiru fil-forn. Imma ma nistax nifhem kif dawk li kull meta f’pajjiżna jasal xi ċirku biz-zoo joħorġu jipprotestaw, fuq il-gaġeġ tal-kċina tal-President ma tniffsux. Għalhekk, ta’ ħmar liberu li jien, nistaqsi: X’għandhom iktar jew inqas il-bhejjem li qed jgħixu f’gaġġa f’San Anton minn dawk li jgħaddu xi xahar f’gaġġa fil-Floriana?
Qabel xi ħadd jittanta jwieġeb li min bena l-gaġeġ ta’ San Anton osserva kull kelma li jgħidu d-direttivi tal-Unjoni Ewropea, tajjeb infakkar li din tal-EU Standards dejjem kienet l-iskuża (jew il-ġustifikazzjoni) ewlenija tal-imporataturi taċ-ċirku biz-zoo f’Malta.
Jien, b’konsistenza, la qatt ma protestajt għall-ġiraff tal-Floriana, lanqas bi ħsiebni nipprotesta għall-emu ta’ San Anton. Biex żgur inkun ftaħt qalbi beraħ, ngħidilkom ukoll li lili dan il-Kitchen Garden jogħġobni kif inhu.
Imma nista’ nifhem u nista’ nobsor li se jkun hemm xi wħud li wara li jaqraw dan l-artiklu se jħossu wiċċhom jiħmar u se jiddeċiedu li jinterrompu l-vaganzi tas-sajf ħesrem biex imorru jqażżu lill-President bl-għajjat u bl-istorbju li jafu jagħmlu. Lil dawn nitlobhom biss javżawna meta se jmorru ħalli dakinhar noqgħod nara n-National Geographic fil-kwiet ta’ dari.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Norman, nahseb tajjeb li tinnota li l'annimali li jkunu maghluqin f'gagga huwa mod u annimal li taghlqu f'gagga kemm kemm joqod hu stess u ta' kuljum tisfurzah (anke bi swat) sabiex jamel xi haga li hi barra minn natura tieghu hija haga ohra. Kun af illi anke jekk toqghod tbiddel il-post ta' ghejxien tal-animal ta' sikwit huwa stressanti ghal dan l-annimal, ahseb u ara. Nahseb id-differenza bejn l-annimali tal-Kitchen Garden u l-annimali taz-zoo hi, li tal-Kitchen Garden huma maghluqin f'gagga nahseb kbira bizzejjed ghal-annimal u daqshekk, waqt li l-annimali taz-zoo huma sfurzati jitghallmu xi haga barra minn natura taghhom. Immagina, li xi hadd, jipprova jghallmek ittir kuljum, ma jirnexxielekx u trid tibqa' tipprova sakemm dan ix-xi hadd jixba.
ReplyDeleteKenneth, anke meta l-annimali li gew mac-cirku kienu fi speci ta' zoo (ghall-wiri biss) kien hemm il-protesti. U fuq tibdil tal-post ghalxejn, ma nahsibx li l-llama u l-emu ta' San Anton gew Malta ghax marru jaqtghu ticket club class meta raw ir-reklam tal-Isle of MTV.
ReplyDeleteli kien għalija it-tnejn problema iżda jekk ikolli nagħżel, iz-zoo huwa ħafna iktar krudili. L-annimali jiċċaqalqu kontinwament minn pajjiż glhall-ieħor, dawn għandhom xogħol: iridu jaqilgħu il-flus lil sidhom. Illum qas impjegat b'l-invenzjoni tal-part-time m'għad għandu ħafna drittijiet aħseb u ara annimal li jiekol ħafna. Kif ma' jrendix jitlaq u sa' dan it-tant irid jiġi trenjat jaqbeż min ħolqa jew jirkeb xi żiemel…
ReplyDeleteNorman, li iccaqlaq annimal min postu darba hija haga, u li ta' kull gimgha jew tnejn iccaqlaq l-annimal ghal pajjiz iehor hija haga ohra u nahseb dan tafu sewwa inti ta' gurnalist li inti. Aparti hekk, nerga nirrepeti li l-annimali tac-cirku jigu msawta u marbutin bi ktajjen u hafna mohqrijiet ohra. Nahseb l'annimali taz-zoo maggor parti huma annimali li xi darba kienu f'cirku u sidhom xeba minnhom jew ma ghadhomx jissodisfawh u allura flok inqatlu, ittiehdu min sidien ta' zoo u nahseb fuq dan il-pass, il-hajja tal-annimal marret daqxejn ghal ahjar ghax la ghadu jkun msawwat u lanqas marbut jew manafx xkienu jamlulu.
ReplyDeletenispera li l-iżball fil-kumment tiegħi hawn fuq hu ovvju!
ReplyDeleteIċ-ċirku m'hux post għall-ebda annimal. Dan kien interessanti meta ma' kienx jeżisti t-TV. Cirku bħal Cirque du Soleil hu iktar interessanti min qatta annimali jduru u jippużaw qiesna għadna fi żmien P.T. Barnum. Xogħlu ħadu t-TV…
Kieku fil-kitchen garden ghamlu bigscreen imqabbad man-National Geographic kienu jiffrankaw il-flus u l-irwejjah... u kienu jiffrankaw ukoll il-protesta tal-annimalisti (jew se jibqghu kwieti?)
ReplyDeleteu ejja Norman, lanqas irrid nemmen li gurnalist bhalek ghadu jinsisti fuq punt wiehed. Ammetti li tara d-differenza bejn cirku ta' annimali u zoo u tgharaf fejn qed issir il-vera mohqrija u l-iktar wahda harxa
ReplyDeleteThis comment has been removed by the author.
ReplyDeleteDazgur li nammetti Kenneth. U anke int ammettejt meta tlabtni naghraf liema mohqrija hija "l-iktar wahda harxa". La, skont int, ic-cirku hemm mohqrija "iktar harxa" ifisser li fiz-zoo hemm mohqrija "inqas harxa". Mhux hekk?
ReplyDeleteIssa, kif ga ghidt, jien m'iniex xi annimalista pero, meta mort fil-Kitchen Garden fettilli naqra ftit l-informazzjoni li hemm imwahhla mal-gagga tal-llama... u ibqa fuq kliemi li l-ambjent li suppost jghix fih dan l-annimal (fin-antura) m'ghandu x'jaqsam xejn mal-ambjent li qieghed fih hawn Malta.
Nissuggerilek taqbez qabza s'hemm tara dal-llama mitluq mal-art qisu mejjet u taqra l-informazzjoni dwaru. Imbaghad erga kellimni hawnhekk.
Sa dakinhar, grazzi hafna tal-kummenti tieghek.
norman naqbel mieghek mija fil mija.
ReplyDeletedawn li jissejhu lihom inifushom id-difiza ghal l-annimali kif qatt ma rajnihom jiprotestaw f'certu postijiet fejn hemm l-annimali fil-gaggeg ukoll, bhal razzett tal hbiberija , il-park ta hal farrug ,fejn dan l-ahhar twieldet zebra,il palazz ta san anton,fejn wahda mil princimes li kienet torganizza il-protesti illum tahdem mal president u alla jbierek ma protestac l-anqas darba biex forsi l-annimali li hemm fil palazz tal president jifthulhom il-guva u il- gaggeg u jhalluhom fl-ambjent naturali tahhom.
jien m'inhiex kontra dawn il-postijiet anzi nappogjom.
kullhadd jista jaqbad u jfajjar bl-addoc diskors li ic-cirku hemm il mohrija, imma dan mhux minnu, mhux qed nighd li mhemmx xi cirku li inqabad jahqar lil l-annimali ta, u dan jien nikkundanah, imma bl-istess argument allura jekk hawn ragel jew mara msawta jfisser li l-irgiel u nisa kollha msawtin,dazgur li le. l-abbuzi issibhom kullimkien sfortunatament.
l-aghar wahda hi fil waqt li jiprotestaw ghac cirku biss u qatt ma rajnihom jiprotestaw il- marsa jew quddiem id-depot minhabba il-klieb u zwiemel jew quddiem il-palazz dawn il-vergni jipridkaw biex issewwu l-qtattes u il- klieb , u insaqsi min tahhom id-dritt li jipromovu dan ? saqsejtuhom l-annimali jridux jigu msewwija.
qatta nies ipokriti, biex jidru u bil mohbi jakwistaw il belli liri (ewro), bil bejgh tal hwejjeg ghal l-annimali bhal x'kappell,nuccali,zarbun u coat u biex toqodu tizzufjetaw bihom f'xi show tal qtattes,li bl-istess argument min taghkom id-dritt li tiddomestikaw il- kelb u il- qattus, mela sirtu xi allat.
mhux kulhadd jista jmur iz- zoo barra min malta jew xi safari biex jara l-annimal wicc m'b wicc,l-opportunita li jigi darba f-sena ic-cirku ta l-annimali f'pajjizna hija zgur ta min jappogja u jfahhara.