Sunday, August 7, 2011

Dawk li se jorgażmaw bil-qassisin


Qabel xi ħadd jakkużani li qed niċċirkola l-pornografija u jkolli mmur infittex kenn politiku, nistqarr li r-ritratt li qed jakkumpanja dan l-artiklu mhux għajr monument li jinsab fil-belt Ewropea ta’ Amsterdam. Dawk il-konservattivi tal-Eurotours xebgħu jieħdu Kattoliċissimi jippassiġġaw ħdejn din l-opra. La l-kuxjenza ta’ dawn baqgħet mhix nittiefsa b’din il-viżjoni, m’għandux ikollna nkwiet nittawlulu ftit aħna wkoll. Imma nsomma, dan l-artiklu mhux dwar iż-ż____ Olandiż u lanqas mhu dwar il-kopja kulurita tiegħu li għandna f’Ħal Luqa.

Meta qed nikteb (fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd) għadni kif rajt reklam fuq il-website tat-Times jgħid li għada l-Ħadd se jxandru intervista mal-uniku tifel (illum adult) li ġie stuprat minn wieħed minn dawk il-qassisin li din il-ġimgħa nstabu ħatja ta’ abbuż. Skont dan ir-reklam, jidher li se jkollna too much details. Issa jekk tgħiduli li din mhix tixrid ta’ pornografija bi protagonisti minorenni, jien nista’ nibda ngħid li għandi wieħed daqs tal-Olanda.

Għax il-pornografija ma tiġix biss f’forma ta’ filmati. L-illustrazzjonijiet bil-kitba ukoll jistgħu ikunu forma ta’ pornografija. Intervista bħal dik li se jkollna għada mhix għajr kitba li se tistimula l-imħuħ jimmaġinaw dak li ġara bejn adult u tfajjel innoċenti. Din l-intervista mhix se tkun għajr spettaklu moqżież imħejji għal pubbliku li l-ewwel se jogħxa jarah, imbagħad se jirrakkontah, wara se jitkaża bih u fl-aħħar se jarmieh.

Dawk li għada, wara li jibilgħu l-ostja tal-Ħadd, se jintefgħu fuq il-bank tal-venda jixtarru d-dettalji ta’ din l-istorja se jkunu biss qed jaqtgħu għatx li x’aktarx lanqas huma konxji li għandhom. Dak li se jwassalhom jixtru s-Sunday Times u jaqraw din l-intervista mhux għajr l-istint tal-kurżita` morbuża li lkoll għandna jħabbat b’mod salvaġġ ġewwa fina.

Irridu nidħlu fl-istitut. Irridu nidħlu fil-kamra tas-sodda. Irridu naraw x’kien liebes u x’kellu mikxuf. Irridu nkunu nafu fejn poġġa jdejh. Irridu nkunu nafu x’ħin kellhom x’jaqsmu. Irridu nkunu nafu x’għamel wara li orgażma. Imbagħad inkunu straħna. Imbagħad inkunu nistgħu naħslu jdejna mill-inka u npoġġu mal-mejda għal biċċtejn fenek u ftit patata l-forn qisu għadna ġejjin minn film ta’ Harry Potter.

Nammettu jew le, il-verita` hi li min se jaqra sal-inqas fullstop se jkun qed jieħu gost. Wara li jorgażma l-ewwel darba mal-qari se jkun qed jieħu gost jistaqsi “Rajtha t-Times dalgħodu?” Jekk jgħidulu “Le” se jerġa jieħu gost għax se jkollu l-opportunita` jirrakkonta hu dak li qara, bit-tiżjin kollu li jkun immaġina between the lines. U hemm jerġa’ jorgażma.

Wara se jitkaża b’dak li jkun qara u rrakkonta. Se jikkummenta li s-sentenza li ingħatat lil dawn il-qassisin mhix għajr peanuts u jerġa’ jorgażma. L-aktar li se jieħdu gost f’din l-orġja medjatika se jkunu dawk li bis-Sunday Times f’idejhom se jgħidulna li jmissna nagħmlu bħall-Ingliżi u nibdew niġbru l-firem biex f’pajjiżna nerġgħu indaħħlu l-piena tal-mewt.

Huwa veru li kieku ma kinetx il-media jista’ jkun li dan il-każ kien jibqa’ mistur bil-periklu li jseħħu iktar minn dawn l-abbużi. Tassew li mn’alla kien Lou Bondi biex inkixef l-għatu ta’ din il-borma. Imma minn dakinhar sal-lum il-minestra li kien hemm fil-borma saret, inqalbet, ittieklet, għaddiet għall-katusi tad-drenaġġ u spiċċat tgħum fil-baħar.

Jekk hemm borom oħra x’jinkixfu ejja nikxfuhom. Mhux b’sens ta’ spettaklu, mhux biex inbiegħu iktar gazzetti, imma biex issir ġustizzja. F’dan il-każ il-ġustizzja saret. Allura s-separju jista’ jinżel. Dan il-film bi tfal u qassisin fuq sodda f’istitut ma rridx nerġa narah għall-gost.

11 comments:

  1. Prosit u fullstop. Ma rrid inzid xejn aktar!

    ReplyDelete
  2. Hlief dardir ma qabadnix meta qrajt dan li ktibt Norman. Nixtieq li dak kollu qatt ma sehh u qatt ma jsir iktar imma l-bniedem kapaci jaghmel hazin li difficli tista timmagina. Mhux se nkun wahda minn dawk li se nixtriha l-gazzetta filghodu ghax nixtieq nibqa nohlom li d-dinja ghad tkun ahjar u ma nitlifx dik is-serenita li qieghda nipprova li jkolli kulljum.

    Good Night Neputi xx

    ReplyDelete
  3. Prosit hafna. Kellu bzonn f'dan il-pajjiz ikollna iktar nies li jitkellmu car bhalek. Nahseb li haw hafna aktar affarijiet x'jinkixfu f'kull qasam tal-hajja pero dan il-pajjiz iktar m'hu zghir iktar haw mafia.

    ReplyDelete
  4. Ahna nixtiequ li nkunu pajjiz Ewropew b'dak kollhu li jaghmel l-Ewropa u din l-intervista hija parti wkoll min kif jigru l-istejjer - we like to keep milking the story.

    Ma nixtieqx naqraha avolja se nisma hafna dwarha. Ghalhekk ahjar inkun naf x'fiha jien ghax ma min se nkun probabli jzejjinha hafna.

    Minflok ghandna 'Stitching' mizmuma b'sentenza ta' Qorti jew xi ktieb b'dettalji grafici, ghandna storja vera li grat fostna - isbah hux!

    Filwaqt li naghti kull rispett lil min beda din l-istorja, nemmen li l-Knisja ghadha soft target ta' hafna media, li jekk thares madwarha u gol-hajja ta' tfal li jkunu fil-klassi ma wliedna tinduna li hemm hafna x'tirrakkonta dwar abbuzi u negligenza.

    ReplyDelete
  5. Tajjeb l-artiklu imma Tim Xarabank imissu jaghmel ezami tal-kuxjenza. Ghax kien Xarabank, ma ohrajn, bl-istil tieghu li rewwah u rawwem il-kultura tal-ispettaklu dwar l-affarijiet intimi personali bl-iskuza li qed jaghmel paradigm shift. Ara x'hadna! Illum qed jattakkaw il-qassisin ... ghada lilek u lili imqar jekk hija jizbalja. Il-media gabet l-privatezza taghhom fix-xejn u tal-familji ghax permezz tal-Orizzont sirna nafu min hi ommhom u missierhom, x'libsu fl-ewwel quddiesa, huthom u qrabathom. L-Orizzont ghamel character assassination mhux biss tal-qassisin involuti imma anke tal-familji taghhom. M'ghandhomx drittijiet tal-bniedem dawn? Fejn se jkun Xarabank u Lou Bondi issa?

    ReplyDelete
  6. Prosit hafna hafna, Imma tafu liema borom qatt ma jistghu jigu mikxufa? Tat-Tobba!!! Ghax b'naqa ta karta jibatek l isptar mentali, jghidlek li inti mignun/a. Nahseb li hemm ghandhom x'jinkixfu ghax kullhadd jibza jitkellem specjalment dawk l anzjani.

    Ghal darb ohra infahrek u prosit hafna

    ReplyDelete
  7. Mela lewwel stuprawhom il-qassisin, umbad stuprathom il-knisja wara kien imiss lil Lou li barra li stuprhom poggihom fi platt tal-fidda ghal bzonnijiet tal-kumpament tal-media. Issa jidher li dawn draw u huma stess qedin joffru lilhom inifushom ghal l-istupru jew ahjar tqahhib mil-publiku jew mil aqwa offerenti, li tat-times jidru fuq quddiem fl-offerti. Il-qorti kienet taf xhini tghamel meta il-kas ghamlitu bil-maghluq. Fil-waqt li bkul mezz nikkundana dak li gew imgiela jaghddu minnu fi tfulithom bl-istess mod nikkundanna dak li qieghed isir issa bil-kunsens taghhom.
    ma naghqbilx spiss ma dak li tighied Norman imma tal-lum ninzalek il-kappell

    Carmelo A

    ReplyDelete
  8. Ghaziz Norman

    Aktar ma tikteb b'dan il-mod ( skjett), aktar qieghed tohrog il-karatri taghna l-maltin.Il-fatt jibqa li ghadhom ftit dawk li jqablu karattru maghhom u jintebhu b'dak addattat ma' kif igibu rwiehom fil-hajja civili. Ibqa ikteb tajjeb kif sejjer..tislijiet

    ReplyDelete
  9. jien dejjem ghemint li kull storja ghandha zewg ucuh , wahda minnhom ilhna 8 snin nisiemu u wara da zmien kollhu int li qed taqra dan li kieteb norman tahseb li media ma esgeratx xi ftit , jien nemmen fil-media , ikmma f` dan il-kazz hemm affarjiet li mhux kulhadd inota , jista minn hu fil-media bhalek induna , imma poplu bhalissa mohhu fil-vendetta u mhux qed jahseb. nitama li wara l-appel wiehed bhalek ikun hu li qajjem certu mistoqsijiet u jien nistqar li ma nidajq xejn imwiegeb. JIEN NIKUNDANA IL-HNIZRJIET LI SARU U NEMMEN LI F` DAN IL-PAJJIEZ GHANDHNA NADDU LI LIGI LI MINN JABUZZA MIT-TFAL IMMUR GHOMMRU IL-HABS, IMMA L-ASEGARAZJONJIET MHUX SEW. NISTENEW U NARAW, NORMAN PROSIT.

    ReplyDelete
  10. I must say ,..I love reading your blog, you are a very good writer , BUT I am a victim of an physical, mental, sexually abuse victim ,...and I love to read others people stories about their abuse in a way it heals my pain,.I buy every single book about child abuse ,..n yes maybe even myself one day I can tell my story ,.

    ReplyDelete