Mela darba kien hemm wieħed Laburist anzjan li kien wasal fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.
Uliedu kienu miġburin kollha ħdejn soddtu għax riedu jkunu hemm x’ħin l-għażiż missierhom iħalli din id-dinja. Ħin minhom dan l-anzjan għamlilhom talba stramba.
Talabhom imorru l-Istamperija biex jagħmlulu tessera mal-Partit Nazzjonalista. Uliedu ħasbuh qed jewden u staqsewh l-għaliex wara għomor mal-ħomor propju issa li wasal fl-aħħar irid jingħaqad mal-blu. Weġibhom “Biex malli mmut ikun miet wieħed minn tagħhom.”
Uliedu kienu miġburin kollha ħdejn soddtu għax riedu jkunu hemm x’ħin l-għażiż missierhom iħalli din id-dinja. Ħin minhom dan l-anzjan għamlilhom talba stramba.
Talabhom imorru l-Istamperija biex jagħmlulu tessera mal-Partit Nazzjonalista. Uliedu ħasbuh qed jewden u staqsewh l-għaliex wara għomor mal-ħomor propju issa li wasal fl-aħħar irid jingħaqad mal-blu. Weġibhom “Biex malli mmut ikun miet wieħed minn tagħhom.”
Din iċ-ċajta smajtha kemm-il darba fuq il-venda. Din il-ġimgħa reġgħu qaluhieli, imma din id-darba bis-serjeta`. Ħarġu bit-teorija li din l-istorja li Cyrus li telaq lill-PN biex mar mal-PL mhix għajr pjan maħdum min-Nazzjonalisti biex malli dan Cyrus jitressaq il-Qorti, fuq in-NET ikunu jistgħu jgħidu li tressaq wieħed minn tagħhom.
Qisu Cyrus xi żiemel ta’ Troja, mibgħut fil-palazz ta’ Joseph Muscat biex itappanlu l-ħġieġ.
Imbagħad kien hemm wieħed li qal li din ta’ Cyrus la għandha x’taqsam ma’ kif ivvota Gonzi fuq id-divorzju u lanqas mal-każ li għandu pendenti mal-ġustizzja. “Tort tal-Arriva” qalilna.
Skont din it-teorija Cyrus mar iġġieled ġlieda tajba ma’ ta’ GonziPN f’Tal-Pieta`. Wara li sfoga u rriżenja mar fuq l-istage tal-Arriva, imma bħas-soltu l-Arriva ma ġietx. Allura dan Cyrus telaq bil-pass u hu u tiela ‘l fuq ġie ħdejn il-kwartieri tal-Labour. Peress illi kien għarqan ilma Cyrus daħal ftit għall-aircondition. Din it-teorija tagħlaq b’din il-battuta “Hu mar għall-frisk u lilhom irranġhom għall-frisk.”
Ovvjament lil sħabi tal-venda li ħarġu b’dawn il-ħrejjef ħadthom bin-nejk. Kieku għamilt mod ieħor kien ikolli mmur inkellem psikjatra. Allura ma stajtx ma nieħux l-istess atitudni meta smajt u qrajt it-teoriji ta’ kumplott li qed joħorġu bihom tal-One News u tal-Malta Today f’dawn il-ġranet. Allajbierek kemm huma kreativvi u kemm jafu jdaħħku. Imn’alla jkunu huma biex infaqqgħu xi żewġ daħkiet waqt il-BBQ tal-każin tal-banda.
Bilħaqq, innutajtu li fis-sajf Malti imn’alla jkunu l-kunsilliera Slimiżi biex ikollna fuq xiex ngħaddu siegħa? Mela s-sajf l-ieħor kellna lis-Sindku li la baqa’ Sindku u lanqas Nazzjonalist u das-sajf għandna lil Cyrus ta’ Troja. U la Cyrus u Nikki t-tnejn baqgħu fil-Kunsill Slimiż, nissuġġerilhom jipproponu biex fil-monument ta’ Triq Bizazza idaħħlu xi żewġ kummidjanti oħra minn fost dawk li issa saru ħbieb tagħhom sewwa. Imbagħad jistgħu jorganizzaw kompetizzjoni għal min jirnexxielu jtajjrilhom rashom l-ewwel. Naf ħafna nies li lesti joqgħodu fil-kju biex jieħdu sehem.
You think slimisi are tal-pepe and that is why you call us names. Ghax ma tarax your qsies on your lousy tv show which stinks. Inti qed tehoda for granted li tas-sliema ghax tahseb li hi distrett elettorali safe for in-nazzjonalisti u tghid u iva dak in-nies will never vote labour. Hugh then you call us names. you're so injorant li you don't realise maggoranza is so slim. Fuck off asshole
ReplyDeleteMela kellhiex il-hila tghid isimha jew ismu?? Is-Sliemizi dejjem bir-rikatt fuq l-elettoral Nazzjonalista. Dejjem kif trid inthom bhal tal-parking li jigi biss ghar-residenti. Jiena tas-Sliema tghogbni hafna pero certu nies jahsbu li qatt mhu se jmutu bin-nejk li ghandhom!!!! Ftakkar biss li tas-Sliema mhiex taghkom pero tal-POPLU kollhu u intom ma tiddettawx xi jsir. J'Alla Gvern Laburista gdid jaghtikom dak kollu li tixtieq qalbkom. Jiena bhalissa ma tantx jien favur in-Nazzjonalisti pero kienu Gvernijiet Laburisti li ghamel hafna gid ghalikom is-Sliemizi!!! Dan hu fatt u nispera li ma tinsewx!!
ReplyDeleteReally? I don't like Labour but I'm so fed up seeing these assholes like the Xarabank team & scums like Lou BOndi ruling over the nationalists and dictating the country's agenda that I would be ironically pleased to see the arch-enemy Labour in government. Sounds contradictory but true. Got that Norman? Or you're so fucking dumb idiot not to understand it? Perhaps it slips over your head cause you're bald as your dick ..
ReplyDeleteJien niskanta kif xi 4 nies bhalek u is sahhara ta bidnijja ma tiffurmawx partit bejnitkhom......bil Hdura grassa li ghandkhom ghandkom lok tifurmaw l akbar partit faxxist mhux ta malta imma l ikbar wiehed tad dinja! Prosit tassew issa vera naf li mhu qed nitlef xejn milli nara il programmi ta WE...pipi!
ReplyDeleteQieghed sew e dal blog hafna interessanti proset.. messek tisthi.. ara tghidx li int professjonist ghax toqod tider fuq dak il programm imbarazz ta kull nhar ta gimgha..btw jin la jin pn u qas pl..pero zaghzugha li vera nara laffarijiet mill lenti ohra.. pero dan huwa laghar blog li ltqajt mieghu sissa..
ReplyDelete