Ma nafx jekk l-aqwa perit tal-univers Renzo Piano kienx imdaħħal anke f'din tal-Arriva li non arriva. Għax tgħid hija biss kumbinazzjoni li wara t-teatru bla saqaf, issa ghamilna wkoll il-venda bla saqaf? Jew din ta' 'bla saqaf' se ssir xi stil ġdid li se nibdew naraw l'hawn u 'l hemm fil-bliet u l-irħula Maltin. Qed ngħid hekk għax m'ilux, ħabib tiegħi li għandu kamra f'għalqa qalli li applika biex jibdel is-saqaf qabel jaqa' fuq rasu u qalulu refused.
Waqt li sieħbi l-bidwi se joqgħod jistenna l-ewwel maltempata biex jara l-kamra li bnielu l-buznannu ssirlu borġ ġebel, fil-venda ġdida fjamanta tal-kapitali poggew xi tined koroh daqs id-dagha li qed jidghu il-passiggieri sakemm jitilghu fl-aircondition tal-Arriva. X'aktarx semghu il-panigierku tal-Ministru tas-Sahha fuq kemm hu importanti ninżlu fix-xelters wara l-ħdax ta' filgħodu u fuq kemm nistgħu niffrankaw kanċers jekk lir-raġġi tax-xemx inwarrbulhom min-nofs.
Jien ma nistax nifhem kif din tat-tinda fil-venda ma hasbux fiha qabel. Vera li xemx u xita Alla jaf meta, imma vera wkoll li dawn it-tnejn jigu u li f’Lulju x-xemx tigi ta’ spiss iktar mix-xufiera tal-Arriva.
Allura bdejt nistaqsi l-ghaliex bqajna bla tinda. Kien hemm wiehed qalli li l-venda hallewha bla saqaf biex ma titghattiex il-veduta tas-swar li hallewlna l-iskjavi tal-kavallieri. U fhimt kollox. Bhal fil-kaz tal-kamra fl-ghalqa ta’ siehbi, il-filosofija li qed tahkimna hija li l-wirt huwa iktar importanti mill-werrieta. Allura aħjar borġ ġebel f'għalqa lest ghar-ritratti tat-turisti milli kamra tajba għall-bidwi. Allura biex nitpaxxew bis-swar, tajjeb li nixwu l-qargħa, jħossna ħazin u jkaxkruna lejn Mater Dei.
Hasra li mbaghad issib xi tuba jarmalek tinda bhal tal-hotdogs fid-dahla tal-belt ta' La Valette biex inaqqas ftit id-doza ta’ tgergir u qrid. Ħalluhom ħa jgergru l-bnedmin! L-ewwel il-gebel, il-ħaxix u l-gremxul. X'jimpurtana min-nies.
Mill hazin ghall ghar.
ReplyDeleteLura bhal granci.
Ahjar nahseb flok ir referendum tad divorzju ghamilna wahda al bidla kerha li qed issir il belt w ghal tal l arriva ax haga ovja bhal tad divorzju ma kelnix nonfqu dawk il flus kollha, sijja al referendum w sijja il bidla tal belt w kieku kien jonfoqhom fuq modernizzar al tal linja li kelnha ax dawk kienu parti tat turist atrraction ta Malta!!!! Xejn bihhejnha kollox w ma ghana xejn fuq din il bicca isola fejn suppost nejxu hajja komda-xol-gustizjia liberta!!!
ReplyDeleteunemployed since 2009