Sunday, July 17, 2011
Qed tara kif qalulu!
Fil-blog li ktibt jumejn ilu fuq ir-riżenja ta’ Cyrus Engerer mill-PN u s-sħubija immedjata tiegħu fil-PL, jien għidt “għandi nifhem li Cyrus huwa l-uniku wieħed f’Malta li jaf x’se jkun qed jagħmel il-Partit Laburista jekk jirbaħ l-elezzjoni li ġejja.”
Balleċ kelli raġun!
Dalgħodu fis-Sunday Times Cyrus Engerer ġie kwotat hekk: “In this past week I have met and learnt what Labour is planning and I really feel comfortable with it.”
Biex ngħidu kollox Cyrus qal ukoll li ma jaqbilx li l-leader il-ġdid tiegħu iżomm sieket fuq il-pjanijiet li għandu għalina. Fuq il-venda kien hemm wieħed Laburist għal naqra weħillu pastizz tal-piżelli hu u jaqra x’qal Cyrus. Smajtu jgħid “Madonna, x’biċċa nkwiet fih dan Cyrus… għadu ġej u ġa mar iparla kontra Joseph tagħna! Aħjar baqa ma’ GonziPN. Kont nieħu gost tant narahom jitqattgħu bejniethom!”
Insomma, jaqbel u ma jaqbilx, is-sigrieti tal-Mile-End Cyrus żammhom bejnu u bejn il-ħabib il-ġdid tiegħu Joseph Muscat, l-istess wieħed li ma jridx li nies bħal Cyrus jiżżewġu ma jmurx imbagħad ikollhom iċ-ċans li jaddottaw it-tfal.
Lil tat-Times Cyrus qallhom ukoll li Pawlu Borg Olivier tal-PN qallu biex jirreżenja mill-Kunsill ta’ Tas-Sliema. Fuq il-venda l’hena tagħhom jiddieħku b’dan Pawlu u biex idaħħluni fil-kredu staqsewni jekk naqbilx ma’ Pawlu li Cyrus għandu jirreżenja. Malajr neħħejtilhom id-daħka minn fuq wiċċhom x’ħin lissint “Mela jżabbab!”
Mela jekk Lawrence Gonzi kellu jivvota IVA fil-Parlament jew iwarrab (kliem Cyrus) għax 53% tal-poplu fir-referendum qal IVA, x’għandu aħjar minnu Cyrus Engerer li 100% tan-nies li tawh siġġu fil-Kunsill għamlu hekk għax ikkontesta l-elezzjoni taħt l-arma kera seba’ pesti tal-PN?
Imma kemm ilu ma’ tal-Labour Cyrus qed isir jixbħu wisq lil Joseph Muscat. Dak li jgħodd għal ħaddieħor ma jgħoddx għalina - din hi l-filosofija tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ Muscat.
Minkejja li jien xbajt ngħid li ma naqbilx fuq kif ivvota l-Prim Ministru fuq il-liġi tad-divorzju, ma ninsiex li fl-ewwel ta’ Mejju (qabel ir-referendum) Joseph Muscat qal ċar u tond li jekk il-poplu jgħid LE, hu se jibqa’ jgħid IVA, anke jekk jibqa’ waħdu. Joseph dakinhar qisu ried iserraħ moħħ il-progressivi li jekk did-darba jirbaħ il-LE (ħaġa li ma ġratx), la jsir Prim Ministru hu kien se jiġi jitnejjek mir-rieda tal-poplu u kien jivvinta xi Private Member's Bill jew xi referendum ieħor.
Allura l-loġika progressiva tinqara hekk: Joseph jista’ jibqa’ waħdu u jiġi jitnejjek minn kulħadd, Cyrus jista’ jibqa kunsillier, imma l-oħrajn ma jistgħu jagħmlu xejn hlief dak li jgħidulhom biex jagħmlu Joseph & co.
Issa ħa nitkellmu daqsxejn fuq din tal-gays ukoll. Għax Cyrus lil tat-Times qalilhom li lanqas fuq din ma jaqbel ma’ Joseph il-leader moderat. Imma Joseph mhux Lawrence. Lil Joseph, Cyrus se jtih ftit ċans. Lit-Times qalilhom “Joseph Muscat, like many others, has his opinion and it doesn’t mean that opinions don’t change.”
Allura Sur Engerer, dak li urewk fil-palazz tal-ħġieġ - dak li qalulek li se jagħmlu u żammejtu għalik - mhux bilfors huwa dak li tassew se jagħmlu jekk ikollhom il-poter? Ħeqq, opinions change hux!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
ma jaqbilx fuq l-istrategija tal-partit laburista, ma jaqbilx mal-kap il-gid fuq il-posizzjoni tieghu rigward zwieg ta l-istess sess, mela x'wasal li ghamel is-shift? Nahseb il-kaz hu li beda jaghmilha ma kumpanija differenti (kliemu stess u tmur lil hemm minn hbiberija biss) u bhal kull zaghzugh ma harisx fit-tul bil-konsegwenzi tad-decizzjoni li ghamel. Dan waqqa kollu dak li bena u l-aktar li bata hu l-ghan li kien jiggieled ghalih.
ReplyDeleteGhax dan il persuna kellu l kuragg li jzomm mal principju tieghu issa qed naqlawlu. Sa ftit zmien ilu l attitudni kienet differenti. Kullhadd jfahru . Issa ghax inghaqad mal Partit Laburista donnu sar injorant mill lum ghal ghada.
ReplyDeleteMalta ma nistghux niehdu ruh b nies li jahsbu hekk.
Jien ukoll ma nhossnix komda fil PN - u nara l Cyrus bhala tama li Malta jista jkollha vera futur ahjar
Time is ticking Mr.Vella
ReplyDeleteNorman, niehu pjacir naqra il- Blogs tieghek ghax tmur lil hin mill-politika u titkellem b'dak li thoss u jghidlek mohhok u mhux qalbek jew gheruqek!
ReplyDeleteNieju pjacir ukoll ghaliex trabbejna, studjajna,laghbna u anke xi kultant iggilidna ta' tfal li konna f'pajjizna.
Insellimlek - Zomm il- Kolp! :)
This comment has been removed by a blog administrator.
ReplyDeletenaqbel artiklu tajjeb
ReplyDeleteJiena ktibt f'dan is-sens ukoll fir-rigward tal-pozizzjoni ta' Lawrence u Cyrus.
ReplyDeleteProsit Norman tar Ritratt ma Marco masini lol , Now we know where he (the singer) got so much inspiration.....althogether now Norman Vai a Fan Culo!
ReplyDeletehttp://www.facebook.com/photo.php?fbid=1148767352278&set=a.1148740751613.23609.1020403150&type=1&theater