Friday, July 1, 2011

Veto


Joseph Cuschieri, dak li gie s-sitt wiehed f’tellieqa ghal hames medalji, dalghodu qalilna li qabel ifettlilna naghtu xi centezmu lill-Griegi biex ikollhom aktar x’jonfqu fil-gas tad-dmugh, irridu ninsistu li dawn jiffirmaw dik il-bicca karta li lil Cuschieri ttih siggu fil-Parlament ta’ Brussell.

Fuq il-venda kulhadd kelma wahda. Hasra li Joseph Cuschieri m’ghandux f’idejh il-Eurovision ghax kieku zgur dhalna fil-finali. Kien hemm wiehed tghidx kemm hambaq li tat-torca kapaci jinnegozjaw iktar minn t’ghajnejhom blu. “Nghedduhom li se nuzaw il-Veto u li bil-mod il-mod noqtluhom bil-guh” qalilna. “Kieku minjaf kemm il-douze pointe ituna.” Imbaghad bdiet diskussjoni fuq jekk nirbhuh fejn naghmluh u jien tlaqt bil-kwiet nahseb u ninkedd fuq kif lil dan Guzeppi hu Manwel hallewh isaffar.

Ghax Eurovision u mhux, ejja nghiduha kif inhi, tan-nejk li lil Joseph hallewh ankrat f’din l-art helwa. Vera qed igawdi l-hoss pjacevoli tal-murtali tal-bomba sparati minn fuq il-bahar Slimiz, imma la ftehmna li se jkollna sitt siggijiet, sitta ghandu jkollna mhux hamsa. Mhux hekk? U jekk jibqghu iwebbsu rashom… ahjar nieqaf hawn.

Mela solidarjeta` shiha ma’ Joseph u x’ala l-bubun mill-haddiema Griegi, mill-Ewro u minn kollox. “Malta l-ewwel u qabel kollox” ghallmuna missirijietna. U Joseph Cuschieri tant jemmen f’dan il-kredu li spiss ifakkarna li s-siggu mhux ghalih iridu imma biex Malta taghna jkollha vuci iktar b’sahhitha fl-Unjoni tat-tnax-il stilla.

Hasra li Cuschieri huwa Laburist wisq biex din nibilghuha.

Dawk li fl-2003 kienu qed jiccelebraw ir-rebha kbira tal-Partnership fit-triq tal-Marsa zgur jiftakru kemm Cuschieri u shabu kienu jghidulna li din li Malta se jkollha vuci hija biss hrafa ta’ Fenech Adami u shabu l-barunijiet. Zgur jiftakru kemm qalulna li l-Membri Parlamentari Ewropej se jkunu Brussell biss biex isahhnu s-siggu u jimpalaw il-Liri. Zgur jiftakruha l-parabbola ta' SanT fuq il-makku u l-balena.

Imn’alla dakinhar dahlu ghalina l-erwieh tal-purgatorju u tal-limbu (ghax kien ghadu m’ghalaqx) u gew jivvotaw biex rebah il-Partnership l-ahjar ghazla.

Insomma, lura ghal zminijietna, igri lil Cuschieri jtuh dan l-imbierek siggu ghax il-poplu Malti issa nkwetat hafna u qed jibza li daqt se jkollna nidhlu fi gwerra ghalih. Fuq il-venda hemm min qed jissuggerixxi li din il-problema kbira li ghandna nistghu insolvuha billi lil Cuschieri naghmluh Mexxej tas-Socjalisti Ewropej u b’hekk ikollu jkun hemm xi hadd leali li jcedilu s-siggu tieghu. Din tista’ tkun soluzzjoni minghajr tixrid ta’ demm u tvenvin ta’ Vetos. Douze pointe.

Ic-cheque lill-Griegi nistghu niktbuh please?

No comments:

Post a Comment