Friday, July 15, 2011

Min hu Pride?


Ghal darb’ohra nhar is-Sibt, it-toroq tal-belt kapitali taghna ghamluha ta’ teatru ghall-bziezaq u ghas-sfafar ta’ dawk li huma migbudin lejn persuni tal-istess sess. Jien din tal-gay pride qatt ma fhimtha. Ghax jien inhossni kburi b’dak li jirnexxieli naghmel u mhux b’dak li jien, b’dak li sibt lest ghalija u li ma nista’ naghmel xejn dwaru. M’iniex kburi perezempju li m’ghadux jikbirli xaghar fuq rasi. Dan stat ta’ fatt impost fuqi min-natura, li daqs kemm ma fih xejn hazin, ma fih xejn li jaghmilni kburi bih. Allura jekk issir dimostrazzjoni ta’ fratas kburini bil-qargha, jien ma mmurx, lanqas jekk inkun naf li se jkun hemm prezenti l-mexxej tal-progressivi u li se jehodli b’idejja.

Dr Joseph Muscat kien hemm - fil-gay pride mhux fil-laqgha tal-fratas. Minkejja l-qmis roza, nassigurakom li ma kienx qieghed hemm ghax ghandu l-istess gosti sesswali tal-organizzaturi. Forsi kien ghaddej minn Triq ir-Repubblika u nqabad f’nofshom jew forsi kien ilu xi siegha jistenna l-Arriva u ddecieda li jidhol jaghmel zewg passi l-Belt, jew forsi ried jara fiex wasal il-progett ta’ Piano, jew ried ikun hemm b’solidarjeta` (forsi opportunista, forsi genwina) bhal hafna politici ohrajn blu, homor u hodor.

Jien nimmagina li Dr Muscat kien hemm ghall-ahhar raguni. Imma milli qaluli z-zekzieka Dr Muscat ma tantx dam jimmarcja ma’ tal-qawsalla. Dawn pespsuli f’widnejja li Muscat bilkemm dam bizzejjed biex lahqu jigbdulu zewg ritratti.

Fuq il-venda staqsejt l-ghaliex Dr Muscat telaq daqshekk malajr? Ir-risposta ovvja kellha tkun li kellu xi attivita` ohra. Imma l-ilsna hziena malajr bdew jivvintaw li l-gays keccewh u baghtuh isaqqi t-turf tar-roundabout tal-Blata l-Bajda.

Bdew jghidu li din tal-gay pride m’ghandiex x’taqsam mal-qargha tieghi u ma’ kemm tkun jew ma tkunx kburi biha. Spjegawli li d-dimostrazzjoni tas-Sibt kienet wahda ta’ frustrazzjoni - frustrazzjoni fis-sens politiku, fis-sens ta’ drittijiet li mhumiex drittijiet.

Allura bdew jghidu li l-omosesswali, il-lesbici, t-trans u l-kumplament li tant huma proud bihom infushom ma ridux li maghhom jimmarcja mexxej politiku li lill-eterosesswali jrid izewwighom kull erbgha snin u lilhom lanqas darba f’mitt sena. Bdew jghidu li dawn hassewhom insultati jisimghuh jghid li ma jridx li l-gays jizzewgu ghax ma jridx li jaddottaw it-tfal.

Kien hemm wahda li tghix u torqod ma’ wahda qaltli li jekk hi trid it-tfal m’ghandiex bzonn il-permess tal-mexxej tal-generazzjoni l-gdida ghax issib kemm trid irgiel bil-leblieba li jaghmlulha wiehed u jdabbru rashom il-kazin. U kien hemm iehor qalli li minghajr ma toqghod tmur ma’ persuni tas-sess oppost, hawn Malta tista’ tiddikjara li int single u ma jkollokx problemi biex ituk tifel jew tifla x’tiehu hsieb.

Fuq il-venda mbaghad bdew jghidu li semghu lil xi hadd jghajjar lil Dr Muscat fuq il-grupp li ghamel fil-partit tieghu ghal min ghandu orjentazzjoni sesswali differenti. Qalu li semghuh jghidlu “L-LGBT tieghek taf fejn ghandek iddahhlu. Ahna ma rridux inkunu segregati. Poggejtu lilna fl-LGBT, in-nisa fl-ghaqda tan-nisa, u l-irgiel li jqumilhom ghan-nisa fit-tmexxija. Ahna indaqs jew m’ahniex?”

Imbaghad jidher li kien hemm xi hadd li wiegbu lil dan il-kiesah. Qallu li anke l-partit tal-blu ghandu sezzjoni ghan-nisa u jidher li l-battibekk kompla bejnithom. Imma bdew jghidu li mbaghad qabez xi hadd iehor li din tal-LGBT tal-Labour toghgbu u lil Dr Muscat staqsieh “Xiz-zubbaba ghamiltha taghmel l-LGBT jekk int, wahdek, diga’ ddecidejt li ma tridniex nizzewgu u nrabbu t-tfal?”

Jekk dan li qaluli huwa minnu nifhem l-ghaliex Dr Muscat telaq mill-gay pride b’saqajh ma’ sormu. Is-solidarjeta` hu kien ikollu bzonnha kieku vera ghamlulu hekk. Imma jien ma nemminhomx lil dawn l-ilsna hziena. Ma nemminx li l-gays tal-I am pride huma proud bizzejjed biex jaghmlu wahda bhal din.

Allura biex darb’ohra hadd ma jitnejjek iktar bija, iddecidejt li jekk issir dimostrazzjoni tal-fratas immur u nara b’ghajnejja u nisma’ b’widnejja dak li jkun qed jigri.

3 comments:

  1. I have nothing against gays. I reject however that Gays call people like me homophobic, just because I do not agree with their lifestyle.
    I am not phobic of gays. I do not need to run a mile from a gay man or woman. I just do not agree with their sexual habits.
    I do NOT AGREE WITH THEIR DEMANDS TO GET MARRIED AND ADOPT CHILDREN.

    ReplyDelete
  2. honestly... I'd rather you run a mile if you see any of us! ... PS: Homophobia is a social disease!
    Below find definition of the word Homophobia (wikipedia):
    Homophobia is a term used to refer to a range of negative attitudes and feelings towards lesbian and gay and in some cases bisexual, transgender people and behaviour although these are usually covered under biphobia and transphobia. Intersex and asexual people are also sometimes included. Definitions refer variably to antipathy, contempt, prejudice, aversion, and irrational fear.[1][2][3] Homophobia is observable in critical and hostile behavior such as discrimination[1][2] and violence on the basis of a perceived homosexual or in some cases any non-heterosexual orientation. In a 1998 address, author, activist, and civil rights leader Coretta Scott King stated that "Homophobia is like racism and anti-Semitism and other forms of bigotry in that it seeks to dehumanize a large group of people, to deny their humanity, their dignity and personhood."[4]

    ReplyDelete
  3. Milli jider Norman....erdajt 4 zbub f hajtek ax min imaqdar bhalek ikun irrid jixtri jghid il malti! keep it up!

    ReplyDelete