Wednesday, July 6, 2011

Haqq il-Fosos


Mit-teatri Amerikani it-tenur Joseph Calleja spiss kien jitkaza bil-progett tat-tandem Gonzi-Gatt-Piano ghad-dahla tal-Belt. Kien jghidilna li minflok il-parking ta’ quddiem il-Bank of Valletta ghandu jkollna teatru maghluq u mhux teatru bla saqaf kif se jkollna sal-elezzjoni. Tghidx kemm qalilna Joseph li bla saqaf ma tista’ taghmel xejn. U f’din il-litanija ssiehbu jkantaw mieghu hafna artisti u artikolisti Maltin. Min kantalna bicca fuq kif se nirvinaw ir-Rigoletto ta’ Verdi bl-istorbju tal-murtali u min zerzaq zewg versi fuq kif il-maltemp se jhassrilna t-Turandot ta’ Puccini.

Issa dalghodu fuq il-venda rajt billboard daqsiex jghid li nhar is-Sibt Joseph Calleja se jerga’ jkun Malta biex bhal ma jaghmel kull sena, ipaxxi l-widna ta’ eluf ta’ Maltin, turisti u immigranti. Mieghu se jkollu jkantaw zewg mustaccuni ohra, Lucio Dalla u Hayley Westenra.

Mal-ewwel daqqa t’ghajn fraht nara li f’pajjizna qed isiru kuncerti kbar bhal dawn gimgha wara l-ohra. Imma malli komplejt naqra u rajt fejn se jsir il-kuncert qabzitli demgha. Qalbi inghafset ghal Joseph x’hin indunajt li se jkollu jkanta fuq il-Fosos tal-Floriana.

Minjaf Joseph kemm hu qalbu sewda li dan il-kuncert se jkollu jaghmlu quddiem il-Knisja ta’ San Publiju. Nisthajlu qed jghid “Haqq il-Fosos. Kieku ghandna t-Teatru Rjal imsaqqaf u lest, hemm kont inkanta din is-sena. Mhux ahjar jigu jisimghuni nkanta ftit mijiet milli ftit eluf?”

Imma Gonzi-Gatt-Piano gew jaqghu u jqumu u lil Joseph u shabu hallewhom bla saqaf. Jahasra se jkollhom ikantaw fl-istess post fejn dari kienu jahznu l-qamh, fl-istess post fejn ghamlu l-Isle of MTV b’xejn ghal kulhadd, fejn Alfred Sant kien jippriedka l-Partnership u fejn il-Papa Pollakk ghamel tliet Maltin Beati. X’gharukaza!

3 comments:

  1. ma nafx alfejn ghidt li Joseph andu jkun qalbu sewda ghax ha jkanta fur il-fossos quddiem il-knisja ta San Publju ... Sa frattant anka meta giet dik il-kumpanija Oriflame hemm ghazlek li tghamel l-ikla taghha. jekk pjazza San Publju jew kif inhi maghrufa ahja il-fossos ma jogbghok tersaqx l'hemm. Darb' ohra jamluha fuq il-famuza venda tieghek..."Haqq il-Venda"

    ReplyDelete
  2. Ma fhimt xejn habib. L-argument huwa kompletament l-oppost ta' dak li fhimt int.

    ReplyDelete
  3. Hawn nies li s-sarkazmu u l-ironija huma kompletament mohlija fuqhom...

    ReplyDelete