Thursday, July 21, 2011

Se jwahhluna iehor


Jekk bhali kontu minghalikom li l-billboards fuq id-divorzju telqu mit-toroq taghna darba ghal dejjem, mortu zmerc. Ghax dawk li jaqblu biss li ma jaqblux issa qablu li jekk ‘l quddiem ikun hemm bzonn jinbidel xi haga fil-ligi tad-divorzju dan se jkollu jsir b’referendum. U kif l-ilma ta’ Pilatu hallsu ghalih il-Lhud, ghan-Number 2 tas-69 li ghandna fil-Parlament ikollna nhallsu ahna.

Fuq il-venda bdew jirragunaw li la fir-referendum ivvotajna biex niddivorzjaw wara erbgha snin, bilfors ikollna naghmlu referendum iehor jekk inkunu rridu ngibuha wara sena jew wara ghaxra. Wiehed li jaf bit-Taljan qalli “Chi bolla sbolla”.

Imma l-mistoqsija tar-referendum mhux ahna ghamilniha. Din sibniha lesta stampata fuq il-karta ftit ‘l fuq il-kaxxi tal-IVA u tal-LE. Ahna kull m’ghamilna kien li mmarkjana l-kaxxa li ghogbitna l-aktar.

U hawn iqum argument li minghalija kien skada, miet u ndifen. Il-mistoqsija kellha tkun dik? Il-mistoqsija kellha tkun kif riduha tal-Labour, JPO u Mugliette jew kellha tkun kif riduha l-ohrajn tal-PN - Divorzju? IVA? jew LE? - u imbaghad, kif isir dejjem, il-ligi ssir fil-Parlament?

Nistqarr maghkom li lili ma kienetx se taghmilli differenza. Kont nivvota IVA jistaqsuni x’jistaqsuni. Imma ghal dawk li mal-kelma 'divorzju' riedu jzidu l-kelma ‘responsabbli’ ghamlet differenza kbira.

Niftakar li qabel ir-referendum kont mistieden fuq programm tat-televixin u staqsewni liema nahseb li kien l-aktar billboard effettiv fil-kampanja. Jien wegibt “Il-mistoqsija tar-Referendum”. Ghax il-verita` sagrosanta hi li kienet iktar facli tippromwovi ‘divorzju responsabbli’ minn semplici ‘divorzju’. Il-kelma tidher isbah u kellha l-potenzjal li tikkonvinci iktar fost dawk li nhar ta’ Hadd imorru jaghmlu present il-Knisja.

Imma ligi mhix ghajr ligi. Responsabbli u irresponsabbli huma n-nies. Bid-divorzju u minghajru min hu responsabbli se jibqa’ responsabbli u min hu irresponsabbli se jibqa’ irresponsabbli. Min wara process ta’ separazzjoni kien qed jigi jitnejjek milli jaghti l-manteniment kif ordnat mill-Qorti ara tahsbu li bil-ligi ta’ JPO se jara kif jaghmel biex isib job u jibda’ jhallas.

B’dan l-argument jidwi f’mohhi hlomt li la l-garanzija ta’ manteniment li vvotajna fuqha fir-referendum mhix ghajr utopija, x’aktarx se jkollna nbiddluha. X’aktarx se jkollna naghmlu referendum iehor malli jkun hemm xi bully li lill-eks mara ihalliha biss bil-lasta tar-ragel il-gdid. Allura x’aktarx se jkollna nhallsu 4 miljuni ohra ma ndumux. Igri jigi xi Pilatu jitfaghli ftit ilma fuq wicci halli nqum u ma nibqax nohlom daqshekk ikrah.

No comments:

Post a Comment