Friday, July 29, 2011

Bis-siegha siegha wara erbghin siegha



Qabel l-elezzjoni mirbuha bi zbrixx, ta’ GonziPN tgħidx kif werwruna li jekk jirbħu l-iljuni ta’ Sant addio overtime bis-siegħa siegħa u nofs. Qalulna li jekk Sant jieħu postu wara skrivanija f’Kastilja, kull minuta li se nahdmu wara l-erbgħin siegha se jħallsuna tagħha bir-rata normali - bis-siegħa siegħa. Biex iġibulna prova ta’ dak li kienu qed jgħidu urewna l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tas-Super One li dak iż-żmien kienu qed jitħallsu b’dan il-mod. Allura bqajt imbellah meta fuq il-venda smajt li dak li werwirna bih Gonzi qabel l-elezzjoni qed jigri llum taht it-treġija tiegħu. 

Dan mhux qed jigri ghax Gonzi biddel xi ligi. Qed jigri ghax fost dawk li jinvestu u jhaddmu n-nies hemm min il-kreattivita` qed juzaha biex idur mal-ligijiet. Dawn il-proxxmi flok jaraw kif jaghmlu biex idawwru xi Ewro zejjed mis-suq, qed jirnexxielhom ihallsu l-fuel tal-Mercedes minn fuq dahar haddiema li fl-ahhar tax-xahar idahhlu biss ghall-ikel, ghall-hrieqi u ghall-kont tad-dawl.

Fuq il-venda ltqajt ma’ wiehed li jaqla’ l-paga minimima - mizerja ta’ €153 u ftit centezmi fil-gimgha. Qalli li biex idawwar xi haga zejda ghall-internet, biex ikun jista’ jaqra dan il-blog, kull siegha overtime li jkun hemm jidhol ghaliha b’ruhu u b’gismu. Imma din is-siegha overtime ma jithallasx taghha kif titlob il-ligi. U ohrog il-ghageb min ihaddmu mhu qed jikser l-ebda ligi!

Tlabtu jispjegali ghax ma stajtx nifhem. Fehemni li hu jaghmel xoghol wiehed imma huwa mpjegat ma’ zewg kumpaniji. Qalli li ghall-ewwel erbghin siegha jahdem ma’ Kumpanija A u wara dawn l-erbgħin siegħa jibqa’ jagħmel l-istess xoghol imma ma’ Kumpanija B, li hija tal-istess sidien.

Jien tghidx kemm inkorlajt x’hin smajt din l-istorja u ghidtlu biex ikellem lil xi Union jew lil tal-Labour Office (mhux l-ufficcju ta’ Joseph Muscat). Imma dan qalli li jkun ahjar ghalih jekk ma jdardarx l-ilma li jrid jixrob minnu. Qalli li l-ovetime bis-siegha siegha ahjar jaghmlu hu milli jsibu xi part-timer jaghmlu minfloku. Spjegali li jekk isib part-time job xorta mhux se jhallsuh iktar minn hekk, allura might as well jibqa’ kif inhu llum.

Hassejtni impotenti quddiem sitwazzjoni bhal din. Hsibt li stajt biss inhares lejn is-sema u nkanta l-istrofa ta’ Dun Karm “Rodd il-hniena lis-sid”. Imma mbaghad ftakart li f’Malta ghandna Gvern. Ftakart li f’Malta ghandna wkoll Oppozizzjoni. Ftakart li f’Malta ghandna 69 Membru Parlamentari li dan l-ahhar tghallmu x’inhu Private Member’s Bill. Jien impotenti imma dawn mhumiex. Allura aħjar inkanta “Aghti, kbir Alla, id-dehen lil min jahkimha”.

Sakemm il-kbir Alla jwassal dan id-dehen fil-gżejjer tant kuxjenzuzi ta' Pawlu ta' Tarsu, “saħħa ‘l-ħaddiem”.

1 comment:

  1. Tajjeb u fih x'wiehed jixtarr, anke fic-cirkustanzi li jezistu llum.

    ReplyDelete