Wednesday, July 20, 2011

Problemi bil-bajd


Din tal-bajd jidher li hija kobba ohra mhabbla sew ghall-Gvern Nazzjonalista. M’iniex qed nitkellem fuq il-bajd li jinzammu ghas-shana tal-qalziet u lanqas fuq il-bajd tal-frejjeg. Qed nghid ghall-bajd tal-flieles umani u fuq id-dilemmi kbar li qed iqallbu l-imhuh tal-politici taghna fil-kwisjoni tal-IVF.

Fuq il-venda ma tantx sibt ma’ min niddiskuti din l-issue. Meta ttantajt inqajjem is-suggett kulhadd baqa’ jhares lejja qisni kont qed nitkellem fuq l-aljeni. Spjegajtilhom li din tal-IVF mhix ghajr teknologija li tghin lil dawk il-koppji li ghal xi raguni jew ohra ma jirnexxilhom jaghmlu l-ulied minn fuq is-sodda, isiru genituri.

Din tal-IVF tintuza fid-dinja kollha u f’Malta ilha ssir xi ghoxrin sena fl-isptar ta’ Josie ta’ San Gakbu. Kien hemm wiehed qalli li la ilha ssir daqshekk jaf l-gharus tat-tifla tieghu huwa wiehed minn dawk li saru fil-laboratorju ta’ Haz Zabbar. Iehor staqsieni l-ghaliex la l-IVF ilha ssir minn zmien Fenech Adami Prim Ministru, din qed tqum fil-Parlament propju issa. Ghidtlu l-verita` - li ghal dawn is-snin kollha hadd m’ghaddielu minn mohhu jikteb ligi li tirregola l-bicca xoghol kollha.

Is-sitwazzjoni bhalissa hi li sakemm tghaddi l-ligi, l-isptar privat ta’ Josie jista’ jibqa’ ghaddej jaghmel l-IVF kif ghamel sal-lum b’etika li mpona fuqu nnifsu, imma fl-isptar state of the art tal-Gvern ma jista’ jsir xejn. Allura qeghdin f’sitwazzjoni fejn min ghandu xi ftit soldi taht rasu jista’ jiehu cans biex jirriproduci ruhu u min m’ghandux ikollu jibqa’ minghajr childrens’ allowance.

Lura fil-kumitati tal-Parlament, jidher li din tal-IVF fiha hafna dilemmi u problemi ta’ kuxjenza. Kemm se npoggu bajd taht it-tigiega? Ghandna niffrizaw il-bajd biss jew il-bajd bil-flieles b’kollox? B’dawn id-domandi u b’hafna ohrajn itaqqlu l-imhuh tal-Parlamentari taghna fid-dell tal-pozizzjoni kontra l-IVF tal-Knisja Kattolika, il-Mater Dei jidher li ghad baqalu ftit mhux hazin biex jibda jghin fil-holqien ta’ trabi li minghajr din it-teknologija ma jkunu fostna qatt.

U hawn hu l-punt kollu. Iktar ma ndumu nparlaw, niddiskutu u nqallbu fl-enciklici, iktar qed intellfu genituri potenzjali milli jsiru genituri. Kull ciklu li jghaddi minn fuq dawn in-nisa jfisser opportunita` ohra mitlufa li jitwieled Malti iehor jew ohra. U jekk ikomplu jgerrbu s-snin u c-cikli jieqfu, addio maghmudija u quccija.

Fuq il-venda kulhadd jitkaza u jqarras wiccu bl-ikrah meta xi hadd ifettilu jzerzaq kelma favur l-abort wara l-koncepiment, u nghid ghalija, bir-ragun. Pero’ din l-istennija li tittiehed decizjoni politika dwar l-IVF mhix ghajr forma ta’ abort qabel il-koncepiment impost mill-istat fuq dawn il-koppji.

L-istramba f’dan kollu hi li l-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi ma ddejjaq xejn jinvesti l-miljuni fit-teknologija tal-IVF ferm qabel ma ra li jholl il-kobba tal-iktar kelma popolari fil-politika tal-lum - il-kuxjenza. Il-kultura li l-ewwel ninvestu u nhallsu imbaghad naraw, naraha bhala kankru politiku. Imn’alla beda jinbena sptar gdid tal-onkologija bieb u ghatba mal-laboratorji tal-IVF state of the art tal-Mater Dei li minflok ghall-bajd tal-bnedmin qed jintuzaw biss ghall-bajd tad-dubbien.

2 comments:

  1. Jien irrid baby boy bjond b'ghajnejh blu li meta jikber ma jkunx fartas! JAQQ il-fratas kemm huma koroh ostrina. Igri tidhol l-ivf specjalizzata halli jkolli dan id-dritt civili TIEGHI li naghzel id-designer baby TIEGHI kif irridu JIEN u ma jindahlilna HADD fuq il-kuxjenza iffurmata assoluta tal-JIEN

    ReplyDelete
  2. Malta's birthrate has dropped dramatically ... but this IVF will not upturn this trend simply because both phenomena have the same root namely crass individualism. Thank God there are the Africans who keep making kids like rabbits. Come one Normie, write us a post telling us how to teach the savages to become like us!

    ReplyDelete