Friday, July 15, 2011

Qalulu x’se jagħmlu?



Għadni kif smajt li Cyrus Engerer m’għadux il-Viċi Sindku Nazzjonalista tas-Slimiżi għax iddeċieda li ma jibqax man-Nazzjonalisti. Ngħid id-dritt, din l-aħbar ma ħadtiex b’sorpriża. Lil Cyrus inzertajt nafu ftit u ilni li ndunajt li r-‘Religio et Patria’ ta’ Gonzi mhix id-diska favorita tiegħu. Ngħid is-sewwa, naf bosta oħrajn li jaħsbuha bħalu fi ħdan il-PN u ma nistagħġeb xejn li nara xi tnejn oħra jiktbu xi artiklu, xi blog jew xi kumment fuq il-Facebook biex jippruvaw iżommu t-twieqi ta’ Joe Friggieri miftuħin għall-arja friska. Imma kont sorpriż mhux ftit meta komplejt nisma’ u qaluli li Cyrus issieheb ma’ Joseph, Anglu, Toni u l-ħomor l-oħra tal-palazz tal-ħġieġ.

Bqajt imbellaħ għax naf li Cyrus Engerer mhux xi ċuċ. Anzi, huwa persuna intelligenti u ta’ valida` kbira. Kont u għadni nara fih nifs ġdid għall-politika Maltija iktar mill-Parlament il-ġdid ta’ Piano. Fhimt u qbilt mad-diżappunt tiegħu bil-vot fil-Parlament tal-Prim Ministru fuq il-Liġi tad-Divorzju. Lanqas ma ddejjaqt naqra r-reazzjoni tiegħu. Kif stajt niddejjaq meta jien stess tkellimt bħalu fuq it-televixin u ktibt fuq dan il-blog u fil-gazzetta?

Imma li Cyrus jitlaq minn partit u ftit minuti wara jissieħeb mal-partit oppost ma stennejtiex u ma fhimtiex. Għax li tissieheb ma’ partit mhix decizjoni li normalment tieħu fi ftit minuti. Speċjalment jekk tkun ġej minn naha ‘l oħra tax-xmara. Ix-xmara tal-politika mhix il-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex li tista’ taqsmu kull tliet kwarti. La darba taqsam ix-xmara politika, x’aktarx tkun ħadt deċiżjoni li tibqa’ miegħek sal-qabar.

Ma stennejtiex għax naf li Cyrus mhux wieħed li jaqta’ qalbu malajr. Lil Cyrus kont qed nistennieh ikun wieħed mill-katalisti fil-bidliet li fiż-żmien li gej, irid u ma jridx, se jkollu jgħaddi minnhom il-Partit Nazzjonalista. La ddeċieda li jirreżenja, minn Cyrus kont nistenna li joqgħod barra ghall-arja jistenna l-bieb ta’ dak li llum qed jara bħala habs, jinfetaħ biex jidħol. Minflok, Cyrus għazel li jissakkar f’ħabs ġdid li forsi bħalissa qed jara isbah. Ħabib tiegħi li jkun fuq il-venda darba qalli li l-ħabiba tixjieħ iktar malajr minn kemm tixjieħ il-mara.

Ma stennejtiex għax mhux normali li xi ħadd jissieheb attivament f’partit politiku bi protesta kontra l-partit l-ieħor.

Mhix normali lanqas li xi ħadd jidħol f’partit minħabba issue waħda. Allura għandi nifhem li Cyrus jinsab komdu fil-Partit Laburista mhux biss minħabba l-issue tal-vot Parlamentari fuq il-Liġi tad-Divorzju imma wkoll fuq dak li se jkun qed jagħmel Gvern Laburista prospettiv fuq issues oħrajn.

Allura għandi nifhem li Cyrus huwa l-uniku wieħed f’Malta li jaf x’se jkun qed jagħmel il-Partit Laburista jekk jirbaħ l-elezzjoni li ġejja. Lill-oħrajn, lilna n-nies komuni, Dr Muscat qalilna ċar u tond li se jkollna nistennew sal-kampanja elettorali biex iżerżqilna xi ftit informazzjoni.


11 comments:

  1. SKUZAWNI FORSI CUCCATA MINN XI CUCC CYRUS MA QALULUX X'SE JAGHMEL IL PL IMMA RA XGHAMEL IL PN,FORSI GHALEK GHAMEL DAN IL PASS U MA NIPRUVAWX NINSULENTAW L INTELLIGENZA TAL BNIEDEM BILLI BI TLETT KELMIET QISU JAF IL FUTUR GRAZZI

    ReplyDelete
  2. Dan il-bniedem bil Bajd, Alla jaf kemm se jaqla f wiccu fuq li ghamel....

    ReplyDelete
  3. Hmmm... I'm off watching all his intervention made during PNs General Assemblies on youtube. I have a gutt feeling....

    Nsin

    ReplyDelete
  4. ‎"ID-DNA TAL-PARTIT TAGĦNA HIJA WAĦDA TA' IINKLUŻJONI U TA' DIVERSITA'... JGĦIDU X'JGĦIDU TAL-PARTIT LABURISTA, AĦNA GĦADNA BŻONJUŻI GĦAX GĦANDNA L-AQWA TEAM, INKLUŻ IL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI, LI GĦANDU JIBQA' JIGGVERNA LIL DAN IL-PAJJIŻ " – Cyrus Engerer Gunju 2011

    ReplyDelete
  5. Dr Gonzi kien qal - tiggudikawnix fuq dak li nghid imma fuq dak li naghmel. Nahseb Cyrus dan il-kliem fehmu u hadu bis-serjeta. Kif tsta' tghid li se tirrispetta r-rieda tal-maggoranza mbaghad tivvota kontriha biex minghalik ma tmurx l-infern!! Fl-opinjoni tieghi Cyrus ma kellu l-ebda ghazla ohra.

    PN's loss - PL's gain.

    ReplyDelete
  6. Naqbel perfettament ma' li qal Norman, kif tista' tibdel il-principji tieghek li nemmen li tkun maghgun bihom u taghzel partit differenti? Jekk veru hass li ried jipprotesta kif fil-fatt ghamel meta kiteb fuq facebook, kien johrog mill-Partit la ra li m'ghadux il-kenn tieghu. Izda jekk din hija t-tip ta' politika liberali li qieghdin jitkelmu fuqa uhud fil-fora ta' pajjizna, povri uliedna ghaz-zmien li gej, ghax jekk ikolna politici ta' fibra liberali fuq dan il-livell, nispiccaw bi gvernijiet ta' ftit xhur fejn l-ekonomijja titkisser kompletament. Il-konsistenza politika hija s-sahha u l-fibra ta' pajjiz. Kull politiku ghandu jibqa sod u jsostni l-principji tieghu sa l-ahhar nifs u mhux jinqasam ma l-ewwel ziffa li taghddi min mieghu. Kellu bzonn kull vizjonarju politiku jwettaq il-pjani tieghu mill-ewwel, ghax ara kemm jigri l-quddiem dak il-pajjiz. Izda mhux hekk, anzi kull vizjonarju dejjem kellu jikkumbatti anke fost shabu li dak li qieghed jipproponi huwa l-ahjar ghal pajjizu.Dan ghandna l-istorja li turieh.
    Jiena nawgura li f'pajjizna jibqa jkolna politici ta' fibra morali u li jpoggu l-ewwel l-interess tal-pajjiz qabel kull interess iehor, ghax hekk biss il-generazzjonijiet ta' warajna jibqghu igawdu dak li missirijietna u llum ahna, qieghdin inwetqu ghal din Malta taghna.

    ReplyDelete
  7. Cyrus did not just wake up one day and decide to jump ship. His excuse, Dr Gonzi's vote, was lame.
    he knows that he will not get a chance in hell of being elected on a PN ticket, so he stabbed all his constituents in the back, just like JPO.

    I will not be voting in 2013. Enough mockery for me.

    ReplyDelete
  8. He says he is proud. He praises the very party he is now working to destroy.

    Never voting again for anyone.

    ReplyDelete
  9. Tafu xwettaqna Malta,disastro ambjentali,tlifna it-tarzna ghal taljan,tlifna il mid med bank ghal HSBC,tlifna il container depot ghal privat,tlifna bieb il belt ghal renzo piano,tlifna il karozzi tal linja ghal tal arriva,tlifna 4 miliuni euros ghal le u giet iva imbghad le min gonzi,tlifna 500 euro ghal kull ministru,tlifna ix xandir ghal 'were is everybody'tlifna il habsin kollha ghal barra fli frisk,tlifna litegrita,tlifna ir responsabilta,u anke ir raguni,tighd ha nitilfu l-air malta ukoll?Fadal xjitlef il partit nazzjonalista?

    ReplyDelete
  10. Skuzi habib imma it tarzna qerduha il haddiema stess jekk inti malti u taghjx malta taf x`qed nghid

    ReplyDelete
  11. Il-pbs mhallas bit-taxxi taghna stess u huwa partigjann ez car il-where''s everybody - only in malta!

    ReplyDelete