Saturday, July 16, 2011

Kamasutra


Bil-mod il-mod il-politici Maltin qed jirnexxielhom johorgu lill-Indjani li hargu bil-Kamsutra ta’ amateurs. Il-professjonisti moderni tal-pozizzjonijiet ma jinsabu mkien hlief f’dawn il-gzejjer f’nofs il-Mediterran, b’koncentrazzjoni qawwija fit-triq ta’ bejn il-Mile End u Tal-Pieta`.

Nibdew minn naha t’isfel tat-triq.

Lawrence Gonzi ha pozizzjoni u ma jridx jiccaqlaq minnha. Imma fl-istess nifs ra kif ghamel biex shabu l-Parlamentari blu jiehdu pozizzjoni differenti minn tieghu. Dan, qalilna, biex tigi rispettata l-pozizzjoni li ha l-poplu fi process li swiena xi €10 kull ras inkluzi dawk li ma vvotawx. Il-messagg li wasal ghandi huwa "Ahna nirrispettaw il-pozizzjoni tal-poplu, jien LE."

Minkejja li d-Deputati Nazzjonalisti li qalu IVA huma manna ghall-pajjiz, ghad-demokrazija u ghall-istess Partit Nazzjonalista, sal-lum il-pozizzjoni tal-partit ghadha l-istess pozizzjoni ta' qabel ir-referendum u tal-Kap - Divorzju Ommi Ma! Allura l-pozizzjoni l-gdida li kellhom jiehdu d-Deputati blu biex il-pozizzjoni tal-poplu tkun rispettata, tmur kontra l-pozizzjoni tal-partit.

Imma l-pozizzjoni tal-partit hija l-pozizzjoni tal-partit?

Huwa stat ta’ fatt li l-pozizzjoni mehuda mill-PN giet deciza mill-ftit tal-ezekuttiv. Sa fejn naf jien pozizzjoni ta’ partit ghandha dejjem tigi deciza mill-organu principali ta’ partit u fil-kaz tal-PN dan l-organu huwa l-Kunsill Generali. Imma lil dawn hadd ma staqsihom x’pozizzjoni kollettiva jridu jiehdu. La staqsewhom x’pozizzjoni ghandu jiehu l-partit qabel ir-referendum u lanqas staqsewhom x’pozizzjoni ghandhom jiehdu d-Deputati wara li r-referendum ghadda with flying colours.

It-tmexxija tal-PN halliet lill-kunsilliera (tal-partit mhux tar-rahal) bi kwiethom fil-kazini jilghabu l-isnooker u ghaffget u regghet ghaffget il-pozizzjoni hi. X’jimporta li bit-tahwid ta’ pozizzjonijiet hemm min qed jibdel il-pozizzjoni tieghu lejn il-partit u zdied fuq li zdied ic-cans li fil-Parlament in-Nazzjonalisti jkollhom jibdlu l-pozizzjoni u jibdew iharsu lejn l-ispeaker minn naha l-ohra.

Telgha ‘l boghod mill-istamperija hemm champion iehor tal-pozizzjonijiet. Jismu Joseph Muscat. Dan l-ewwel bdielna b’pozizzjoni li ma jsirx referendum, imbaghad kien hu li ressaq mozzjoni biex ikollna r-referendum. Tghid bidel il-pozizzjoni fuq parir tal-aqwa konsulent li ghandu - is-surveys?

Ghax trid tara biex temmen li dan Muscat li bidel il-pozizzjoni hu l-istess wiehed li ha pozizzjoni wahdu u mbaghad qalilna li lest jibqa’ wahdu jzomm l-istess pozizzjoni. Nisthajjilkom tghiduli "Mela ma tantx hu differenti minn Gonzi!"

Imma biex nibqghu naghrfuhom minn xulxin u ma nhawwdux, filwaqt li Gonzi zamm il-pozizzjoni tal-LE u serrah mohhu b’huh u b’ohrajn li marru mal-IVA, Muscat qalilna li din li jibqa’ b’pozizzjoni wahdu jista’ jaghmilha hu biss. F’daqqa wahda Muscat skopra li min ma jiehux pozizzjoni bhal dik tal-poplu (u f’dan il-kaz, bhal tieghu) ikollu jiffaccja l-konsegwenzi.

Ara meta l-pozizzjoni tal-poplu kienet favur is-shubija fl-Unjoni Ewropea, Joseph Muscat gie alabiebu mill-konsegwenzi. Lid-Deputati Laburisti qalilhom car u tond biex ma jirrispettawx il-pozizzjoni tal-maggoranza. Qalilhom biex fil-Parlament jirraprezentaw il-pozizzjoni tal-votanti Laburisti u jivvotaw kontra t-trattat tas-shubija. U ballec semghu minnu!

Imma tghid dawk kienu zminijiet ohra u forsi issa Muscat jaf ftit iktar kif ghandu jimxi f’demokrazija?

Le ta… ghall-inqas zgur mhux fuq demokrazija interna. Ghax bhal Gonzi lanqas Muscat ma laqqa’ l-organu ewlieni tal-Partit - il-Konferenza Generali. X’aktarx id-delegati Laburisti kienu mhabbtin wisq jilghabu l-isnooker kontra l-kunsilliera tal-PN u Muscat ma riedx itaqqlilhom mohhhom b’dawn il-hsibijiet fuq il-pozizzjonijiet. Irraguna li jekk ma jirnexxix fil-pjan li jirbah l-elezzjoni, ghall-inqas ikun mohhu mistrieh mit-trophy tal-isnooker.

Allura l-Labour ħareg b’pożizzjoni li m’għandux pożizzjoni.

Forsi jien għadni lura wisq biex nifhem kif il-progressivizmu jitlob li partit ma jieħux pozizzjoni. Forsi għax jien konservattiv ma nifhimx kif partit li jinħoloq bl-iskop li jieħu l-pozizzjonijiet f’daqqa waħda jarmi l-Kamasutra u jtiha għal-loghob bil-lasti, l-boċċi u t-toqob tal-isnooker.

Fuq il-venda staqsejt lili nnifsi "Tgħid la tasal l-elezzjoni tal-Labour se jkollhom żewg programmi elettorali? Tgħid se jkollhom wieħed bil-pożizzjonijiet tal-Ayatollah u ieħor bil-pożizzjonijiet tal-partit, mimli paġni bojod li fihom tista’ tikteb li l-qaħbeċ trid?"

2 comments:

  1. Nahseb li Joseph qed jahbi il pozizzjoni,bha z-zieda ta 500 euro fil gimgha li heba Gonzi.

    ReplyDelete
  2. U tghid int l ewwel wiehed u Wheres Everybody ma miskhom xejn min dawk 10Euro kull ras? lanqas tista tkun iktar vojt u tan nejk! ghaliex ma tghidx li Gonzi kien bla bajd u nefaq 10euro ghal kell ras tal poplu ghax ma kienx kapaci jihu pozizjoni....nissurgerijlek isselfu ftit il ktieb tal kamasutra tieghek, ghalkemm jider ovja li int stess ma itallimt xejn minnhu!

    ReplyDelete