Tuesday, June 10, 2014

Iridu biss stejjer pożittivi

Minn TIMES OF MALTA.COM


Ma nara xejn pożittiv fi Gvern li minflok iwieġeb id-domandi leġittimi tal-ġurnalisti jħeġġiġhom jiftiehmu miegħu biex ixandru l-istejjer pożittivi li jgħidilhom bihom hu.

Issa li nafu kif il-Gvern qed jimxi mal-ġurnalisti tal-media indipendenti, m’għandniex bżonn ħafna immaġinazzjoni biex nifhmu kif il-Gvern qed jittratta lill-ġurnalisti fil-media li jikkontrolla hu.

Monday, June 2, 2014

Le għar-razziżmu

Nappella lill-Gvern biex l-istess sforz li qed jagħmel (b’suċċess) biex jippromwovi lilu nnifsu, jagħmlu biex jiġġieled is-sentiment razzista li nħoss li qed jiżdied ta’ kuljum fis-soċjetà tagħna (kultant inkonxjament).

Onorevoli Prim Ministru, lil dawk li qed iħarsu lejn politika estremista tal-lemin bħala soluzzjoni mhux tifhimhom trid imma tfehmhom.

M’għandix dubju li jekk il-Gvern jiddeċiedi li jimbarka fuq kampanja ta’ dan it-tip se jkun qed isib l-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni.

Danke schön

Ringrazzjament xieraq lill-votanti kollha ta’ Imperium Europa mingħand l-eroj tal-mexxej tagħhom. 


Nota: Fil-ktieb tiegħu ‘Imperium Europa’ Norman Lowell isejjaħ lil Adolf Hitler “the hero”.

Sunday, June 1, 2014

Ara min hawn!

Qisni nafu x'imkien lil dan.
Intom qed tagħrfuh? Jismu Underdog.