Ilna minn ftit wara l-Għid il-Kbir nisimgħu kemm l-esponenti tal-Partit Laburista għandhom lil Malta f’qalbhom. L-2019 se tibqa’ mfakkra bħala s-sena li fiha iktar rajna qlub fuq Facebook, fuq it-televixin u fit-toroq Maltin matul ix-xahar ta’ Mejju, milli rajna fi Frar. Kważi kważi Joseph Muscat jista’ jibda jiftaħar li rnexxielu jirbaħ anke lil San Valentinu!
Fost dawn l-esponenti Laburisti – m’iniex se nuża l-kelma ‘Soċjalisti’ għax dan il-Gvern uriena li huwa kollox barra Soċjalist – hemm wieħed li l-vuċi tiegħu ilha tpaxxi lil widnejna fuq ir-radju mill-ewwel jiem tal-liberalizzazzjoni fis-snin disgħin. Qed ngħid għal Emanuel Cuschieri, li kemm ilu jeżisti l-internet żied il-kitba fuq il-Facebook mal-kurrikulu komunikattiv tiegħu.
L-esperjenzi ta’ Cuschieri fl-arena politika kienu bosta u minnhom m’għandix dubju li tgħallem ħafna. Tant tgħallem li meta nhar il-Ħadd il-partitarji Laburisti – bir-raġun – kienu qed jiċċelebraw rebħa oħra kbira huwa kien diġà qed jaħseb fil-kampanja elettorali li jmiss.
Minflok fetaħ flixkun xampanja Cuschieri fetaħ il-laptop, daħal fil-Facebook u kiteb messaġġ lil grupp nies li tant iħobbu lil Malta li jsejħu lilhom infushom ‘Laburisti sal-Mewt’. Lil dawn appellalhom biex waqt li qed jifirħu, jindirizzaw il-kritika tagħhom biss lill-Partit Nazzjonalista u mhux lill-Kap tal-partit Adrian Delia. Qalilhom “Sentejn oħra malajr jaslu u l-Partit Laburista jaqbillu li (Adrian Delia) ikun għadu fit-tmun tal-PN. Użaw moħħkom!”
Ibda biex irrid inrodd ħajr lil Cuschieri talli żvelalna li l-elezzjoni ġenerali li jmiss se terġa’ ssir sena qabel iż-żmien: sentejn oħra mhux tlieta, qal. Imma l-punt prinċipali ta’ dan l-artiklu huwa dan li ġej.
Indipendentement jekk wieħed jaqbilx ma’ Cuschieri jew le dwar il-Kap tal-PN, żgur kulħadd jaqbel li min tassew iħobb lil Malta ma jridx li l-Oppożizzjoni tkun iktar dgħajfa milli hi llum. Anzi, min vera għandu lil Malta f’qalbu jrid li Malta jkollha Oppożizzjoni b’saħħitha, jekk jista’ jkun daqs il-Gvern. Imma l-iskop ta’ Cuschieri mhuwiex li Malta jkollha demokrazija b’saħħitha. Bil-kitba tiegħu wera li l-uniku interess tiegħu huwa li meta tasal elezzjoni ġenerali oħra l-Partit Laburista jibqa’ fil-Gvern.Naturalment jien m’għandi ebda dritt nindaħal lil Cuschieri u sħabu lil min għandhom iħobbu l-iktar bejn Malta u l-Partit Laburista. Dik hija għażla li jridu jagħmlu huma. Huwa ċar għalija li dik l-għażla ilhom li għamluha u dan mhux qed ngħidu biss għax rajt din il-kitba ta’ Cuschieri imma għax osservajt kif ġab ruħu l-Partit Laburista fl-aħħar snin meta ma ddejjaq xejn idgħajjef isem Malta biex jipproteġi lil dawk li jmexxuh.
Dawk li waqt il-kampanja elettorali immaġinaw li jekk jittieħed ECG tal-Partit Laburista jibda jinstema’ l-Innu Malti fl-isfond kienu, ovvjament, qed joħolmu. Huwa f’dan l-isfond li wieħed għandu jqis il-kritika u l-pariri li dawn l-esponenti qegħdin u se jkunu qed jagħmlu fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Huwa evidenti li dawn mhumiex u mhux se jkunu ġenwini iżda huma biss parti minn strateġija biex iżommu l-poter taħt idejhom, jekk jista’ jkun “sal-mewt” kif semmew il-grupp ta’ Facebook.