Monday, December 14, 2015
Bħalissa qed iċemplu lill-pulizija biex tinfetaħ inkjesta Maġisterjali
M'għandix dubju li hemm ħafna fost dawk li l-ġimgħa l-oħra riedu ras il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq platt li bħalissa qed iċemplu lill-pulizija jħeġġuhom jinvestigaw u jiftħu inkjesta bil-Maġistrat. Sa għada filgħodu dawn it-talin se jkunu qed jinsistu għat-tkeċċija ta' dawk f'Kastilja li kienu responsabbli minn dan l-abbuż. Wara se jitolbu lill-Prim Ministru jġorr ir-responsabbiltà tal-għażliet li għamel u jirriżenja.
Prosit kemm huma konsistenti!
Prosit kemm huma konsistenti!
Sunday, December 13, 2015
Saturday, December 12, 2015
Viva r-Repubblika
Ma nara xejn ħażin li persuna li tkun mexxiet l-ikbar Union fil-pajjiż għal sittax-il sena tingħata Ġieħ ir-Repubblika. Anzi, nqisha bħala xi ħaġa normalissima li għandha ssir.
Li din il-persuna jkun jisimha Tony Zarb u f'dawn is-sittax-il sena tkun għamlet dak li għamel hu, jirrifletti ħażin u huwa ta' għajb għall-membri u d-delegati tal-Union li m'għarfux jagħżlu toroq u persuni aħjar.
L-agħa li qed iqum illum dwar id-deċiżjoni li Zarb ikun onorat mill-istat għandu jkun indirizzat lejn dawk li għal sittax-il sena sħaħ għażluh bħala l-mexxej tagħhom u ntelqu għal warajh u wara ċ-ċuċati li kien jgħid u jagħmel. Povru ħaddiem!
L-agħa li qed iqum illum dwar id-deċiżjoni li Zarb ikun onorat mill-istat għandu jkun indirizzat lejn dawk li għal sittax-il sena sħaħ għażluh bħala l-mexxej tagħhom u ntelqu għal warajh u wara ċ-ċuċati li kien jgħid u jagħmel. Povru ħaddiem!
Friday, December 11, 2015
Mill-Baħrija sar-Rabat: X'differenza!
Fl-2009, Victor Scerri ma kellu ebda kariga fil-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. La kien Ministru, la Segretarju Parlamentari u lanqas Deputat. Kien jokkupa kariga biss fil-Partit Nazzjonalista - dik ta’ President tal-Kunsill Ġenerali.
Rapport tal-Awditur tal-MEPA, li Scerri u l-perit tiegħu Robert Musumeci kkontestaw bil-qawwa kollha, kien tefa’ dell fuq permess maħruġ fuq propjetà ta’ mart Scerri fil-Baħrija.
Victor Scerri irriżenja mill-kariga ta’ President tal-partit.
Ftit wara, minkejja li ma kien għadu jokkupa ebda kariga pubblika, Scerri aċċetta stedina biex jieħu sehem fil-programm Xarabank.
Hu, martu u l-perit tiegħu marru fil-programm live, poġġew il-karti kollha fuq il-mejda, iffaċċjaw u wieġbu dak li kien qed jgħid l-Awditur, dak li kienu qed jgħidu l-NGOs ambjentali u anke dak li kienet qed tgħid il-media Laburista u dik indipendenti.
Hu, martu u l-perit tiegħu marru fil-programm live, poġġew il-karti kollha fuq il-mejda, iffaċċjaw u wieġbu dak li kien qed jgħid l-Awditur, dak li kienu qed jgħidu l-NGOs ambjentali u anke dak li kienet qed tgħid il-media Laburista u dik indipendenti.
Dik irġulija!
Dik trasparenza!
Dik trasparenza!
X’differenza minn kif qed iġib ruħu llum is-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Jistgħu idumu jgħidulu l-NGOs biex jirriżenja ... jista’ jħambaq l-Ombudsman... tista’ tinvestiga l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni.
Ian Borg kien, għadu u se jibqa’ fil-kariga u li għalih ikompli għaddej anke bil-bini.
Ian Borg kien, għadu u se jibqa’ fil-kariga u li għalih ikompli għaddej anke bil-bini.
Dawk li vvotaw għall-bidla ħaduha tassew - il-kontabilità u t-trasparenza ingħataw majnata tant kbira li għerqu.
Wednesday, December 9, 2015
Is-sospensjoni tax-xufier ta’ Simon Busuttil
Iktar ma naqra u
nisma dwar l-allegazzjonijiet fuq il-konsum tal-fuel tal-karozza tal-Kap
tal-Oppożizzjoni, iktar nikkonvinċi ruħi li din hija storja minfuħa b’mod
eżaġerat biex tattakka l-integrita tiegħu.
Minkejja li kull
ħażin, żgħir jew kbir, huwa ħażin, inqisha tad-daħk (jew tal-biki) li
allegazzjoni bħal din tiddomina l-aħbarijiet daqs jew aktar mill-iskandli
miljunarji li qed idarruna bihom xi Ministri u Deputati Laburisti.
Is-sempliċi fatt
li dwar allowance ta’ ftit Ewro fuel fil-ġimgħa nħasset il-ħtieġa ta’
investigazzjoni tal-pulizija u inkjesta bil-Maġistrat bil-konsegwenza ovvja ta’
bumbardament medjatiku, lili jgħidli biss li Busuttil m’għadux jitqies bħala
avversarju kkundannat li jitlef l-elezzjoni li jmiss.
Malli l-Kap Nazzjonalista sar jaf b’dak li kien qed jinħema talab li x-xufier tiegħu ikun sospiż
minn xogħolu.
Irrid ngħid li nifhem
ir-raġunament kollu wara d-deċiżjoni li ħa Simon Busuttil u nifhem ukoll x’messaġġ ried jibgħat biha.
Bdanakollu nħoss li dwarha għandi nagħmel ftit riflessjonijiet.
Bdanakollu nħoss li dwarha għandi nagħmel ftit riflessjonijiet.
Anke lili dan
il-Gvern għaddieni minn arrest u investigazzjoni bla bażi bl-uniku skop ikun li
jħammiġni u jiskreditani. Għaldaqstant, jekk huwa tassew akkużat għalxejn,
nista’ nifhem minn xiex inhu għaddej dan ix-xufier bħalissa.
Minkejja li
għadda ż-żmien u ħfirt, dawk il-ġranet tal-arrest ma ninsihom qatt. U l-iktar
li ma ninsiex huwa lil dawk li ħarġu għonqhom jiddefenduni.
Allura, minkejja
li ma nafx id-dettalji kollha tal-każ, illum irrid inkun fost dawk li jemmnu lix-xufier
ta’ Simon, li bħali għandu isem, kunjom u ġieħ x’jiddefendi u familja x’jieħu
ħsieb.
Inżid ngħid li
jekk tassew m’hemmx suspett raġunat li dan ix-xufier abbuża, huwa m’għandux
ikun sospiż u għandu jitħalla jkompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu.
Jekk vera
nemmnu li din l-istorja hija biss attakk infondat ieħor, il-pożizzjoni politika
tagħna għandha tkun li niġġieldu s-sors ta’ dan l-attakk, hu min hu jew hi min
hi.
Wisq nibża li
jekk kull darba li xi ħadd ifettillu jabbuża mill-poter u jattakka lil wieħed
jew waħda minna, isib Oppożizzjoni li tissospendik minflok tiddefendik b’saħħitha
kollha, dawn l-episodji se jibqgħu jirrepetu ruħhom.
Il-kisba ta’ governanza
tajba tibda bi ġlieda qalila kontra l-abbużi, il-gideb u l-inġustizzji.
Ma nistgħux inħallu l-iżbalji li saru fil-passat jikkundizzjonawna tant li biex il-partit jidher onest aktar minn qatt qabel nagħtu daharna lil dawk li biex jimxu għandhom bżonn riġlejna.
Ma nistgħux inħallu l-iżbalji li saru fil-passat jikkundizzjonawna tant li biex il-partit jidher onest aktar minn qatt qabel nagħtu daharna lil dawk li biex jimxu għandhom bżonn riġlejna.
Iva, min fostna jiżbalja
għandu jpatti proporzjonalment ta’ għemilu. Bl-istess mod dawk fostna li jkunu
attakkati u mżebilħa għandhom isibuna spalla ma’ spalla magħhom.
Jekk l-Oppożizzjoni
mhux se tkun tarka tal-azzar għall-vittmi ta’ dan il-Gvern u mhux se turi li lesta tiġġieled
għalihom bil-mezzi kollha tagħha, se nispiċċaw kollha għarkuptejna quddiem Kastilja
nitolbu lil Muscat u sħabu jkollhom ħniena minna.
U din tkun il-kundanna tagħna. Hekk, inkunu tlifna kull ċans li sentejn oħra naraw lill-PN fil-Gvern u lil Simon Busuttil Prim Ministru.
U din tkun il-kundanna tagħna. Hekk, inkunu tlifna kull ċans li sentejn oħra naraw lill-PN fil-Gvern u lil Simon Busuttil Prim Ministru.
Saturday, December 5, 2015
Muscat u l-ħallelin miljunarji
Il-Prim Ministru
lbieraħ qal li qabel jibda jagħmel xi ħaġa fuq il-boathouses illegali li nbnew
fuq art li suppost hija tagħna lkoll, se jaffronta lill-miljunarji li fi kliemu
ħatfu l-artijiet kontra l-liġi u saru sinjuruni minnhom.
Jibda minn fejn jibda
u jibda minn min jibda, tkun ħaġa tajba li l-Prim Ministru jibda. Anzi, intendi
naqbel miegħu li għandu jibda min dawk li ħatfu (serqu) l-aktar.
Iżda stqarrija
bħal din ma tistax titħalla għaddejja mingħajr ftit mistoqsijiet pertinenti.
Sur Prim Ministru,
min huma dawn il-miljunarji li kont qed tirreferi għalihom ilbieraħ?
Liema huma l-artijiet li semmejt u xi żvilupp sar fuqhom?
Kemm hemm minn
dawn l-illegalitajiet u abbużi?
Meta se tibda
tieħu passi?
X’se jkunu l-passi li se tieħu?
X’se jkunu l-passi li se tieħu?
Wara li tlesti
minn dawn il-ħallelin miljunarji, se tibda ddur lil dawk il-ħallelin ifqar,
bħal tal-boathouses?
Tista’ jekk
jogħġbok tagħti time frame lilna ċ-ċittadini li qatt ma sraqna xejn, la żgħir u
lanqas kbir, meta se ssir ġustizzja magħna?
Sunday, November 29, 2015
Debono Grech jirriżenja
Il-Mexxej tal-Partit Laburista talab lil Joe Debono Grech jirriżenja minn Membru Parlamentari wara li
fid-diskors tiegħu għadda kummenti fil-konfront tad-Deputat Marlene Farrugia.
Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Debono Grech qal li Muscat ċempillu u qallu li minħabba l-kummenti li għadda jħoss
li għandu jirriżenja.
Nota: Din hija silta minn rapport li deher fil-21 ta' Diċembru 2012, ftit jiem qabel bdiet il-kampanja elettorali li tat rebħa kbira lill-Partit Laburista. Minn din is-silta biddilt l-ismijiet u l-karigi tal-protagonisti. Lil Anġlu Farrugia bdiltu ma' Joe Debono Grech u lill-Maġistrat Audrey Demicoli mad-Deputat Marlene Farrugia.
Esperiment żgħir li juri kemm inbidel Muscat kemm ilu li sar Prim Ministru.
Jekk tħossok offiż li bellajthielek u ħlejtlek 5 minuti taqra dan il-blog, aħseb u ara kemm tħossok iktar offiż b'min bellagħhielek u ħlielek 5 snin!
Esperiment żgħir li juri kemm inbidel Muscat kemm ilu li sar Prim Ministru.
Jekk tħossok offiż li bellajthielek u ħlejtlek 5 minuti taqra dan il-blog, aħseb u ara kemm tħossok iktar offiż b'min bellagħhielek u ħlielek 5 snin!
Friday, November 27, 2015
Sentejn wara ... l-istess rigal lir-Reġina
Sentejn ilu meta Norman Hamilton sar Ambaxxatur għar-Renju Unit, ta lir-Reġina pittura ta' Villa Guardamangia:
Ilbieraħ il-President ta' Malta preżentat lir-Reġina pittura oħra ta' Villa Guardamangia:
Tassew oriġinali!
Ilbieraħ il-President ta' Malta preżentat lir-Reġina pittura oħra ta' Villa Guardamangia:
Tassew oriġinali!
Il-media Laburista fiċ-CHOGM 2005
L-għada li r-Reġina Eliżabetta II waslet f'Malta, il-Ħamis 24 ta' Novembru 2005, il-ġurnal l-orizzont ħeġġeġ lill-poplu Malti jinġabar fil-Belt Valletta dakinhar filgħaxija għal protesta, ftit passi bogħod minn fejn kellu jsir riċiviment Irjali fil-lukanda Phoenicia:
Dakinhar li bdiet l-ewwel CHOGM f'Malta, il-Ġimgħa 25 ta' Novembru 2005, l-orizzont tiftaħar b'kemm irnexxielha tiġbor nies fit-toroq tal-kapitali l-General Workers' Union u tħabbar sensiela ta' azzjonijiet industrijali:
Thursday, November 26, 2015
L-eżempju li jkaxkar ‘l isfel
L-imġieba ta’
dawk li f’soċjeta' għandhom l-iktar poter hija l-mudell li minnu l-kumplament
jieħdu eżempju. Iffaċċjat
bil-kliem ta’ theddid ta’ Deputat tiegħu fil-Parlament - Niġi għalik u nifqgħek
- il-Prim Ministru kellu biss triq waħda x’jieħu, iġgħelu jirriżenja jew ikeċċieh.
Dan ma ġarax.
Anzi, ġara bil-kontra.
Fil-kamra l-aktar 'onorevoli' f'pajjiżna rajna spettaklu meskin. Wieħed wara
l-oħra, uħud mid-Deputati u Ministri tal-Gvern raw kif għamlu biex ibenġlu u
jiskużaw dan l-aġir oxxen.
Dan jibgħat messaġġ lis-soċjeta tagħna li nqisu ferm
iktar gravi mill-kliem ta’ Debono Grech fih innifsu.
B’dak li għamel
jew aħjar, b’dak li m’għamilx, il-Prim Ministru qed jgħid lill-poplu li attitudni
ta’ bulli fis-soċjeta' tagħna hija skużabbli.
Bin-nuqqas ta’
azzjoni tal-Prim Ministru tilfu n-nisa u l-irġiel tal-affari tagħhom, dawk l-uffiċjali
pubbliċi, l-għalliema, il-pulizija, il-wardens, it-tobba, l-infermiera u
l-kumplament li ta’ kuljum ikollhom jiffaċċjaw lill-bullijiet bħal Debono Grech
- li f’pajjiżna mhumiex ftit - u jistennew bi dritt li lil min fdaw bis-setgħa
jipproteġi lilhom u mhux lill-aggressur.
Illum qrajna
wkoll kif id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela ġie mċanfar minn Maġistrat
għax qed jaħli l-ħin tal-Qorti bl-iskop li jtawwal kemm jista’ jkun il-każ dwar
is-siġġijiet fil-Parlament. Mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-każ u x’jgħid dwar
il-kredenzjali demokratiċi tal-Partit Laburista, hawn għandna messaġġ ieħor favur
il-bulli.
Hija
frustrazzjoni kbira għal bosta nies li għandhom każ il-Qorti meta jiġri li l-parti
l-oħra toqgħod tilgħab dal-logħob biex każ jitwal u l-ġustizzja ddum ma ssir
jew ma ssirx.
Kull ma kien
jonqos għal dawn il-bullies kien li jsibu l-konfort tal-partit fil-Gvern li
jġib ruħu eżatt
bħalhom.
Għal darb’oħra, l-eżempju
tal-Gvern ikaxkar ‘l isfel.
Għal darb’oħra, jirbaħ
il-bulli u jitilfu n-nies tal-affari tagħhom.
Monday, November 23, 2015
Ħamest ijiem fuq l-ixkaffa ta' TVM
It-Tlieta
rriżenjat dik li kienet id-Deputat tal-Gvern, Marlene Farrugia. Minn dakinhar fuq
l-istazzjon nazzjonali TVM saru bosta programmi ta’ diskussjoni imma fl-ebda
wieħed għadna ma rajna lil Marlene.
L-għada tar-riżenja
Reno Bugeja kellu okkażjoni tad-deheb li kull ġurnalist li jixraqlu jissejjaħ hekk
żgur ma jitlifx. Iżda f’Dissett, minflok rajna lil Reno jintervista lil
Marlene, rajnieh mar-raġel ta’ Sai ‘13-il elf fix-xahar’ Mizzi.
Marlene ma kienet
mistiedna qatt fil-programm ta’ filgħodu ta’ Norma Saliba, TVAM, la l-Erbgħa, la
l-Ħamis, la l-Ġimgħa u lanqas dalgħodu.
Il-programm ta’ kull
filgħaxija ‘Skjetti’ ddiskuta temi mill-aktar kurrenti u jaħarqu bħall-ġugarelli
u l-bejjiegħa tad-doughnuts u tal-pastizzi. U mela r-riżenja ta’ Marlene
Farrugia!
Il-Ħamis kien hemm ‘Realta’
ta’ Brian Hansford, Laburist kbir li ngħata l-programm fi żmien in-nuqqas ta' meritokrazija ta' Gonzi.
Hansford iddiskuta s-sitwazzjoni f'Paceville, l-istess kif għamel Times Talk jumejn qabel u kif kien pjanat li jagħmel Xarabank l-għada.
Il-Ġimgħa Xarabank kompla bis-suġġetti li kellu pjanati - Paceville, it-terroriżmu u l-Junior Eurovision.
Hansford iddiskuta s-sitwazzjoni f'Paceville, l-istess kif għamel Times Talk jumejn qabel u kif kien pjanat li jagħmel Xarabank l-għada.
Il-Ġimgħa Xarabank kompla bis-suġġetti li kellu pjanati - Paceville, it-terroriżmu u l-Junior Eurovision.
Biex inkun għidt kollox, Peppi Azzopardi avża li stieden lil Marlene għall-programm tal-ġimgħa
d-dieħla. M'għandix dubju li sieħbi Peppi kellu moħħu mistrieħ li ma kienx se jsib lil Marlene ma' wiċċu fil-programm kif kien ġralu bi Franco Debono ftit ġranet wara li vvota kontra l-Gvern ta' Gonzi!
Dak kien żmien ieħor hux! Dak kien żmien li fih l-Labour kien jippoża li se jkun Gvern li jagħti vuċi lil kulħadd, speċjalment lid-Deputati dissidenti. LOL, kif jgħidu fuq Facebook!
Dak kien żmien ieħor hux! Dak kien żmien li fih l-Labour kien jippoża li se jkun Gvern li jagħti vuċi lil kulħadd, speċjalment lid-Deputati dissidenti. LOL, kif jgħidu fuq Facebook!
Mela l-ewwel dehra
ta’ Marlene fuq l-istazzjon nazzjonali wara r-riżenja se tkun fil-programm 'Reporter' ta’ Salvu
Balzan li jixxandar tard illejla, wara l-10 ta’ bil-lejl. Ma tarax ma tkunx fil-prime time! Mela din xi ħaġa daqshekk importanti?!
Agħar minn hekk, dan Reporter tal-lejla mhux se jsir live. Salvu rrekordja l-intervista ma’ Marlene
nhar l-Erbgħa li għadda, l-għada li rriżenjat: ĦAMEST IJIEM ILU!
Jiġifieri llejla m’aħna se
nisimgħu xejn fuq dak li ġara mill-Erbgħa sal-lum, inkluż it-theddid li kellha
Marlene mingħand ħafna Laburisti, ewlieni fosthom Joe Debono Grech
fil-Parlament.
Dan ifisser li l-għada
li ġrat l-istorja, l-istazzjon nazzjonali rrekordja intervista - sa dakinhar esklussiva - mad-Deputat li kienet għadha kif rriżenjat minn fuq in-naħa tal-Gvern u żammha ħamest ijiem fuq l-ixkaffa
mingħajr ma xandarha.
Wednesday, November 18, 2015
Sunday, November 15, 2015
Dal-lejl f'Paceville
Ftit ġranet ilu l-Prim Ministru
Rumen ġarr ir-responsabbiltà politika u rreżenja wara li nirien f’nightclub
qatlu iktar minn 30 ruħ.
Imħatra li għall-inċident ta' dal-lejl f’Paceville ħadd mhu se
jġorr farka responsabbilà?
Saturday, November 14, 2015
Politika ta' mibgħeda
Jekk
it-terroristi tal-ISIL jaqraw x’kitbu xi Maltin (jiddispjaċini ninnota, ĦAFNA
Maltin) fuq Facebook illum tgħidx kemm jogħrku jdejhom u jitpaxxew.
Ironikament ħafna
minn dawn li qed jirremmettu l-mibgħeda qed jgħattu wiċċhom bil-bandiera
Franċiża.
Tgħid jafu li dawk huma l-kuluri tal-libertà, l-ugwaljanza u l-fraternità?
L-uniku politika
u twemmin tat-terroristi hija l-MIBGĦEDA.
Jidher li dan
is-sentiment qed jaħkem lil bosta anke f’pajjiżna. U din hija r-rebħa li jridu
dawn it-terroristi. Dawn iridu joqtlulna ruħna, mhux ġisimna. Ikun idjota u
kodard min jagħzel li jċedilhom mhux min jibqa sod minkejja t-terrur, minkejja
t-theddid.
Tgħid jafu li dawk huma l-kuluri tal-libertà, l-ugwaljanza u l-fraternità?
Taħt attakk
Il-libertajiet li aħna l-Ewropej
akkwistajna wara sekli ta’ gwerer, tbatija u mwiet, jinsabu taħt attakk.
Sfortunatament fid-dinja hawn min lest iħallas b’ħajtu biex iwerwirna u jġagħlna niċċaħdu minn dak kollu li jagħmilna Ewropej.
Sfortunatament fid-dinja hawn min lest iħallas b’ħajtu biex iwerwirna u jġagħlna niċċaħdu minn dak kollu li jagħmilna Ewropej.
It-terrorist jirbaħ meta tirbaħ il-biża. It-terrorist jirbaħlek
meta ċċedi għal dak li jrid hu.
Għandna dmir lejn dawk li ġew qabilna u għal
min ġej warajna li niġġieldu din il-gwerra b’rasna mgħollija ‘l fuq u mhux
b’dembna bejn saqajna.
Saturday, November 7, 2015
Thursday, November 5, 2015
Iridu jħaġġruh, imma huma...
F’Xarabank kien
hemm dan Mark li fir-rokna satirika tiegħu fettillu jgħid lit-telespettaturi li la tasal iċ-CHOGM u jingħalqu l-iskejjel, l-Universita' u min jaf fejn aktar biex it-toroq
jinħelsu minn skoss karozzi, kulħadd għandu joħroġ dawra bil-karozza biex
ir-Reġina xorta tinqabad fit-traffiku.
U fuq is-social media qam pandemonju.
L-iktar Laburisti akkaniti, dawk li jaħilfu li Xarabank ilhom ma jarawh minn żmien Alfred Sant Prim Ministru, spiċċaw ixandru (jew jixxerjaw) l-filmat ta’ dan Mark jgħid din l-‘ereżija’ fuq il-paġni tal-Facebook tagħhom.
Fil-kummenti tagħhom kollha qablu li dan Mark parla żejjed u li għandhom jittieħdu passi. Kien hemm min kiteb li dan Mark ħaqqu jaqla’ daqqtejn tajbin. Oħrajn issuġġerew li għandu jitkeċċa minnufih mix-Xandir Nazzjonali. Bosta qablu li fil-kwistjoni għandu jindaħal il-Kummissarju tal-Pulizija li għandu jarresta lil Mark u jressqu l-Qorti. Ovvjament, dawn tal-aħħar jemmnu li għal dak li qal f’Xarabank, Mark għandu jgħaddi xi ftit jiem ta’ meditazzjoni f’Kordin.
Insomma, il-paladini tal-Gvern li tant hu kontra kull ċensura li jrid ineħħi l-liġi li ma tħallikx iżżebblah ‘l Alla, din in-nibxa ta’ Mark ma felħuhiex. Dawn li tant jiftaħru li ħelsuna mill-oppressjoni tar-Reġina, issa qed tuġagħhom qalbhom għaliha u ma jridux li tinqabad għal xi ftit minuti wara xi trakk idaħħan flimkien ma’ sħabha d-dittaturi taċ-CHOGM.
Issa din ta’ Mark ta’ Xarabank kienet biss ċajta. Ta’ Tony Zarb le.
Meta saret iċ-CHOGM f’Malta fi żmien Gvern Nazzjonalista, Tony Zarb tal-GWU kien ġabar lil dawn il-Laburisti li llum iridu jħaġġru ‘l Mark u organiżżalhom protesta fil-Belt Valletta. Matul din il-protesta dawn it-talin kienu ddikjaraw “gwerra” lill-Gvern u qalu li kienu lesti saħansitra jwaqqgħuh.
Din il-protesta saret waqt li f’Kastilja kienu għaddejjin il-laqgħat taċ-CHOGM u ftit tal-ħin qabel beda r-riċiviment tar-Reġina fil-lukanda Phoenicia.
Dakinhar ħadd ma nkedd li r-Reġina setgħet tinqabad fit-traffiku. Dakinhar ħadd ma ried jagħti daqtejn, ikeċċi jew jarresta lil Tony Zarb. Dak kien żmien ieħor.
Wednesday, November 4, 2015
Dissett: Simon Busuttil dwar Norman Vella
Fil-programm 'Dissett' tal-lejla, il-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS
Reno Bugeja staqsa għalija mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Filli tant ma kont niswa xejn għal TVM li malli l-Partit Laburista ħa l-Gvern bdew jaraw kif jagħmlu biex jeħilsu minni u filli tant sirt importanti li qed jistaqsu dwari fil-programmi!
Araw hawn kif il-Kap tagħna Simon Busuttil qatalhom l-għatx bil-perżuta.
Filli tant ma kont niswa xejn għal TVM li malli l-Partit Laburista ħa l-Gvern bdew jaraw kif jagħmlu biex jeħilsu minni u filli tant sirt importanti li qed jistaqsu dwari fil-programmi!
Araw hawn kif il-Kap tagħna Simon Busuttil qatalhom l-għatx bil-perżuta.
Monday, October 26, 2015
Sentejn wara
Għada jaħbat it-tieni anniversarju ta’ meta arrestawni u
ħaduli ħwejġi għalxejn fuq il-post tax-xogħol fl-ajruport.
Il-banalita tal-akkużi, l-ineżistenza ta’ xi forma ta’
prova u l-mod kif il-Qorti ddikjarat l-innoċenza tiegħi f’inqas minn tlett
ijiem juru li din il-ġrajja ma kinetx għajr vendikazzjoni intiża biex
tkissirni.
Matul dawn is-sentejn kienu bosta li kellmuni dwar dan
l-episodju. Iżda jkolli ngħid li huma ftit dawk li fehemu kif din l-azzjoni setgħet
kissret il-ħajja tiegħi u ta' familti kieku għaddiet ta' min ried jagħmilli
l-ħsara.
Impossibbli tinsa ġrajja bħal din u diffiċli ħafna taħfer
lil min ikun għamilhielek. Iżda jien qatt ma bżajt mill-affarijiet diffiċli u
rari żammejt lura milli nagħmel dak li nemmen fih.
Dejjem emmint li l-ikbar telfa li tista' ġġarrab tkun
jekk titlef lilek innifsek.
Għalhekk, minkejja li qatt ħadd ma skuża ruħu,
jien qed naħfer lil kull min ħa sehem f'din il-vendikazzjoni.
Quddiem il-Qorti mal-avukati Therese Commodini Cachia, Andrew Borg Cardona u Karol Aquilina. (28-10-2013) |
Thursday, September 24, 2015
Wednesday, September 23, 2015
Tuesday, September 22, 2015
Monday, September 21, 2015
Wednesday, September 16, 2015
Tuesday, September 15, 2015
Monday, September 14, 2015
Thursday, September 10, 2015
Wednesday, September 9, 2015
Monday, September 7, 2015
Thursday, September 3, 2015
Wednesday, September 2, 2015
Tuesday, September 1, 2015
Monday, August 31, 2015
Thursday, August 27, 2015
Wednesday, August 26, 2015
Tuesday, August 25, 2015
Monday, August 24, 2015
Thursday, August 20, 2015
Wednesday, August 19, 2015
Tuesday, August 18, 2015
Monday, August 17, 2015
Wednesday, August 12, 2015
Tuesday, August 11, 2015
Monday, August 10, 2015
Thursday, August 6, 2015
Wednesday, August 5, 2015
Tuesday, August 4, 2015
Monday, August 3, 2015
Sunday, August 2, 2015
Thursday, July 30, 2015
Wednesday, July 29, 2015
Tuesday, July 28, 2015
Monday, July 27, 2015
Thursday, July 23, 2015
Wednesday, July 22, 2015
Tuesday, July 21, 2015
Monday, July 20, 2015
Monday, June 8, 2015
Il-Prim Ministru sab job part-time
Jidher li l-Prim Ministru diġà beda japplika l-kodiċi
tal-etika l-ġdid u fl-‘interess nazzjonali’ reġa' beda jagħmel ix-xogħol ta'
ġurnalist part-time.
Allura llejla mar fil-Parlament u minflok għamilha ta’
Prim Ministru u ta risposti ċari dwar x'ġara u x’ma ġarax f'Dipartiment li
jaqa' direttament taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħu, stqarr li hu wkoll,
bħala ġurnalist part-time għandu ħafna mistoqsijiet dwar il-każ.
Sunday, June 7, 2015
Mil-Living Wage għall-iskart tal-LIDL
Mill-oppożizzjoni pproponew il-‘Living Wage’, biex kulħadd
ikollu dħul li bih ikun jista’ jgħix tajjeb, u llum li ħadu l-Gvern iridu jsoddu ħalq dawk li
jaqilgħu l-inqas bl-imbarazz li s-supermarkets ma jirnexxielhomx ibiegħu u li
jkun wasal biex jiskadi.
Thursday, June 4, 2015
Pete, il-kelb gradwat mill-Università 'Amerikana' ta’ Londra
Investigazzjoni tal-programm tal-BBC, Newsnight kixfet il-qerq ta' Università li ssejjaħ lilha nfisha 'Amerikana' u 'ta' Londra' billi akkwistat lawrija għall-kelb Pete.
L-istorja kollha u l-filmat hawn taħt:
L-istorja kollha u l-filmat hawn taħt:
American University of London sells study-free MBA
By Jim Reed and Mike Deri Smith
A so-called university sold an MBA degree for thousands
of pounds with no academic work required, a BBC Newsnight investigation has
revealed.
The American University of London (AUOL) awarded a fictitious person created by the programme a Master's in Business in exchange for a £4,500 fee.
The American University of London (AUOL) awarded a fictitious person created by the programme a Master's in Business in exchange for a £4,500 fee.
AUOL has insisted it is "not a bogus
university" and defended the robustness of the qualifications it offers.
Newsnight has found hundreds of senior executives listing
AUOL qualifications. The programme contacted some of them, but they all
insisted that they had had to study for their degrees.
AUOL styles itself as a pioneer of distance learning,
offering degrees and post-graduate qualifications in business, IT, law,
education and liberal arts, humanities, and English to more than 100,000
students worldwide.
Its website claims that that all of their courses
"have been designed to the most exacting standards, in accordance with the
most stringent criteria, in order to provide outstanding education at an
affordable price".
However, Newsnight found that getting the university to
provide a qualification without any study at all was easy.
The programme drew up a one-page fake CV for a management consultant Peter Smith, known as Pete, living in South London, which included 15 years of made-up work experience and a fictitious undergraduate degree from a UK university.
Newsnight sent "Pete's" CV to AUOL, along with
a completed application for the Master's in Business (MBA) and £50 application
fee.
AUOL also requires applicants to provide photocopies of
previous qualifications and a photograph of themselves. However, Newsnight was
unable to provide either since the qualifications did not exist and the
applicant was a dog.
No courses required
Despite these omissions, just four days after sending in
the application, AUOL sent "Pete" an e-mail saying that his
application for a degree based on previous experience had been successful and
that once the university had received his £4,500 fee he would be registered as
an MBA graduate within about two weeks.
When Newsnight's reporter telephoned to check whether
"Pete" would be required to submit any work, a university
representative said: "No, no, apparently the APEL [Accreditation of Previous
Experiential Learning] board awarded him the full degree immediately based on
his qualification and his professional experience, so he doesn't have to do any
courses."
We showed our written application to Jan Bamford at
London Met University which runs properly accredited MBA courses. She was
incredulous that a degree could be awarded to someone "with such limited
work experience and such a poor application".
"I find it incredible that any organisation is
awarding an MBA on what essentially amounts to the evidence that is on a piece
of paper. That's appalling. Really appalling. And again it goes to the very
heart of the fact the government needs to regulate this behaviour," she
added.
In order to hand out a British degree an institution has
to be recognised by Parliament. However, it is perfectly legal to give the
impression that a university is run in the UK even when in reality it is
incorporated overseas.
AUOL is one such place - seemingly based in London, but
actually incorporated in St Kitts and Nevis in the Caribbean, as they state on
their website.
UK connection
Despite its name, AUOL does not seem to have any physical
presence in London. Newsnight found that the university's phone number is a
Beaconsfield, Buckinghamshire, area code and that the bank that university fees
are paid to is in Beaconsfield.
According to public records, including the electoral
roll, Professor Michael Nimier, who was the founder of AUOL, and Sonia Grimes,
who is the registrar, live in the town.
On its website, AUOL boasts some well qualified
supervisors and says that "the university's academic staff are highly
qualified and experienced". But when we contacted five Western academics
on its list, all said they had never worked there and never agreed for their
name to be used.
George Gollin, an American academic with expertise in
unaccredited education, told Newsnight that AUOL "did not stand up to
scrutiny".
"It doesn't have authority to award degrees. They
are not degrees. They are pieces of paper and I'm guessing they are not able to
sell very many degrees into countries where English is the first
language."
The university says most of its graduates study at
independent colleges in countries overseas. Those affiliates are apparently
independent with their own staff subject to their own local laws. AUOL simply
takes a fee to help set the curricula and issue graduation certificates in its
own name.
Blacklisted
On professional social networking sites Newsnight found
hundreds of senior executives who said they had qualifications from AUOL.
The programme spoke to a number of them, all of whom
insisted that they did have to submit work to get their degrees.
Dr Robert Oakes, a psychologist from Birmingham, who
gives expert testimony in court cases, was awarded a PhD just five months after
first submitting work.
However, he told the programme that he had spent 18
months on his own background research prior to this and he was already a
registered psychologist based on a previous degree.
Dr Oakes said he believed AUOL was properly accredited,
but that he has now taken the qualification off his CV.
Dr Rita Bowser, a senior nuclear industry executive who
was in charge of selling a new generation of reactors in the UK, was awarded a
doctorate in business after submitting what she described as "significant
amounts of coursework".
Her employer, Westinghouse, said she is well qualified
for her job based on 30 years of experience and two previous degrees including
a master's from the respected Georgia Tech.
Since AUOL is not properly accredited it is not possible
to verify how much work they did, nor what standard was required.
The university has claimed to be recognised by three
different American institutions, but these institutions are themselves
unofficial and unrecognised.
The university is listed as "bogus" by the
agency that values degrees for the Italian government and it has been
blacklisted in five US states, including Texas where it is illegal to use any
of its qualifications to get a job.
In a statement AUOL told Newsnight: "We are not a
bogus university… and have always been upfront about our status. We have not
applied for accreditation with any American, British or other official agency.
Many graduates go on to higher education or hold important positions on the
strength of our degrees."
The university added that most of its study modules are
on a par with those used by top distance learning universities and that it only
issues degrees based on work experience in exceptional circumstances.
Wednesday, June 3, 2015
Jippassiġġaw għarwenin fil-Gżira
Filmat imxandar fuq Facebook juri tliet irġiel, aktarx Russi, jippassiġġaw għarwenin għall-ħabta tas-6 ta' filgħodu fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Tuesday, June 2, 2015
Monday, June 1, 2015
Il-Moskea l-ġdida ta’ Wied il-Għajn
Jekk l-Università tal-ħabib Ġordaniż tal-Premier Muscat
tkun suċċess u jirnexxielha ġġib lejn iż-Żonqor erbat elef student, f’ħakka t’għajn
Wied il-Għajn se jsir l-iktar post f’Malta b’perċentwali għolja ta’ Musulmani,
madwar 25%.
Huwa ovvju li dawn se jkollhom bżonn post imdaqqas fejn jaqdu
l-bżonnijiet spiritwali tagħhom. Allura se jkollha tinbena Moskea ġdida.
Hemm min qed jgħid li din il-Moskea għandha ssir fil-bini
tal-Università stess.
Imbagħad hemm dawk li jriduha fil-qalba ta’ Wied il-Għajn,
biex huma d-deħlin u ħerġin minnha l-istudenti jonfqu xi ftit Ewro f’pastizzi,
te u kafè.
Imbagħad hemm min it-taħlit fil-kulturi u
fir-reliġjonijiet ma jogħġbu xejn u qed jippretendi li ladarba jiġu Malta dawn
l-istudenti jikkonvertu!
Monday, May 25, 2015
Marlene Farrugia 'katavru politiku'
Fis-sensilea ‘tista’
ma taqbilx magħna imma tista’ taħdem magħna’, l-eks
President tal-Partit Laburista u xandar ewlieni tal-propaganda fuq Super One
jieħu gost jikkwota ittra li tiddeskrivi lid-Deputat Laburista Marlene Farrugia bħala ‘katavru politiku’.
Dan l-għada li ħadet sehem fil-programm Xarabank fejn tkellmet dwar il-qerda taż-Żonqor f'Wied il-Għajn u fl-istess ġurnata li hi u s-sieħeb tagħha, il-Whip Laburista Dr Godfrey Farrugia, ħadu sehem f'dimostrazzjoni biex ikun imħares l-ambjent.
Dan l-għada li ħadet sehem fil-programm Xarabank fejn tkellmet dwar il-qerda taż-Żonqor f'Wied il-Għajn u fl-istess ġurnata li hi u s-sieħeb tagħha, il-Whip Laburista Dr Godfrey Farrugia, ħadu sehem f'dimostrazzjoni biex ikun imħares l-ambjent.
Sunday, May 24, 2015
Jingannaw lin-nies tagħhom stess
Dalgħodu kont qed
nisma lis-Segretarju tal-Prim Ministru Sandro Craus jaqra l-gazzetti lis-Sindku
ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar fuq ir-radju Super One.
Craus sab artiklu fuq it-Torċa u tgħidx kemm qal li
n-Nazzjonalisti jobgħodu lil tas-south għax fl-2002 kienu identifikaw 6
postijiet fejn issir miżbla u 5 minnhom kienu fis-south.
Mort naqra l-artiklu tat-Torċa u sibt li finalment, minn dawn
is-sitt siti, il-Gvern Nazzjonalista kien għażel is-sit fin-north biex jagħmel
din il-miżbla. Fil-fatt din il-miżbla saret fl-Għallis fil-limiti tan-Naxxar.
Issa x’se jgħid Craus? Li nduna li n-Nazzjonalisti
jobgħodu iktar lil tan-north?
Saturday, May 23, 2015
Il-Knisja ilha tindaħal, Jeffrey
Lil dawk li ntebħu llum li xi tnax-il sena ilu l-Knisja Maltija
waqqfet Kummissjoni Ambjent biex tesprimi opinjonijiet fuq kwistjonijiet
ambjentali, nfakkarhom f’dikjarazzjoni iebsa ħafna li din il-Kummissjoni kienet
għamlet fi żmien l-elezzjoni ġenerali tal-2008 (ara taħt).
Dakinhar ħadd ma ħareġ jinsulenta u jipprova jsikket
lill-Arċisqof Cremona. Għax skont tal-Labour kulħadd jista’ jitkellem kemm irid,
imbasta kontra n-Nazzjonalisti!
Fost dawk li llum ingħaqdu fil-kor kontra
l-Knisja hemm l-istilla ġdida tal-Labour Jeffrey Pullicino Orlando, li dan l-aħħar sirna nafu li qed inħallsuh iktar minn €60,000 fis-sena għal part-time job li għalih jidħol l-uffiċċju darba f'ġimgħa. Interessanti li fost
il-każijiet ta' abbuż imsemmija mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja fl-2008 hemm art fil-Mistra li fiha
hemm involut l-istess Pullicino Orlando.
L-Unjoni Ċivili mhix żwieġ
Illum il-maġġoranza tal-Irlandiżi vvotaw favur li
f’pajjiżhom il-koppji tal-istess sess ikunu jistgħu jiżżewġu.
Minkejja dak li jaħsbu ħafna, f’Malta dan id-dritt għadu
ma jeżistix. Jiżbalja min jirreferi għal ċerimonja ta’ Unjoni Ċivili bħala ċeremonja
ta’ żwieġ.
Huwa minnu li l-liġi tal-Unjoni Ċivili tagħti prattikament
l-istess drittijiet taż-żwieġ, iżda xorta ma tagħmilx lill-koppja ‘miżżewġa’ bħal
koppja eterosesswali.
Jekk tassew irridu l-ugwaljanza jeħtieġ li l-koppji
tal-istess sess f’Malta jkollhom id-dritt jiżżewġu bħal mhu se jkollhom fl-Irlanda.
Bl-istess mod, il-liġi tal-Unjoni Ċivili għandha tkun
differenti mil-liġi taż-żwieġ biex koppji eterosesswali li jkollhom raġunijiet li
minħabba fihom ma jkunux jistgħu jiżżewġu, jkunu jistgħu jidħlu għal din l-‘unjoni’.
Subscribe to:
Posts (Atom)