Illum il-maġġoranza tal-Irlandiżi vvotaw favur li
f’pajjiżhom il-koppji tal-istess sess ikunu jistgħu jiżżewġu.

Huwa minnu li l-liġi tal-Unjoni Ċivili tagħti prattikament
l-istess drittijiet taż-żwieġ, iżda xorta ma tagħmilx lill-koppja ‘miżżewġa’ bħal
koppja eterosesswali.
Jekk tassew irridu l-ugwaljanza jeħtieġ li l-koppji
tal-istess sess f’Malta jkollhom id-dritt jiżżewġu bħal mhu se jkollhom fl-Irlanda.
Bl-istess mod, il-liġi tal-Unjoni Ċivili għandha tkun
differenti mil-liġi taż-żwieġ biex koppji eterosesswali li jkollhom raġunijiet li
minħabba fihom ma jkunux jistgħu jiżżewġu, jkunu jistgħu jidħlu għal din l-‘unjoni’.
No comments:
Post a Comment