Saturday, May 16, 2015

Ipokriti Nazzjonalisti

Ħabib tiegħi qed jitkaża bin-Nazzjonalisti li ma jridux il-qerda ta’ medda kbira ta’ art f’Wied il-Għajn għal proġett li jista’ faċilment isir band’oħra . Qed jgħajjar lin-Nazzjonalisti ipokriti għax skontu fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti ukoll inqerdu meded ta’ art mhux mittiefsa.

Apparti li ebda ħażin ma jista’ qatt jiġġustifika ħażin ieħor, dan il-ħabib tiegħi ġab xi eżempji biex isostni l-argument tiegħu.

Fost oħrajn semma korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra, fabbrika tal-luminata f’raba' saqwi f’Ħal Luqa, triq prinċipali li tgħaddi mir-riżerva naturali tal-Għadira, miżbla qrib it-tempji ta’ Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, korsa tal-golf fir-Rabat, fabbrika tas-siment fis-Siġġiewi u airstrip f’Għawdex.

Għal kull wieħed minn dawn il-‘proġetti’ kien hawn protesti minn għaqdiet ambjentali u minn oħrajn, inkluża l-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja.

Interessanti li ebda wieħed minn dawn il-proġetti ma sar. F’kull wieħed minn dawn il-każijiet rebaħ l-ambjent, li hu tassew tagħna lkoll. Imnalla!

3 comments:

  1. imma saru dawn : teatru bla saqaf, binja mostruza f'bieb il-belt, xaqq flok bieb tal-belt kapitali taghna, estensjoni taz-zoni tal-izvilupp madwar il-pajjiz kollu, binja ta' supermarket f'hal safi fuq art agrikola, estensjoni ta' cimiterju fin-nadur fuq art agrikola, impjant irejjah ta' riciklagg f'wied il-ghajn, sfregju ta' bini faccata tal-belt kapitali. u kienet se ssir ukoll hofra quddiem il-konkatidral ta' san gwann (li ma saritx mhux ghax ma xtaqux li titwettaq izda ghax hassew il-poter mhedded) u tant u tant sfregji ohra li saru matul is-snin. Naqbel li hazin ma jiggustifikax hazin iehor u jien kontra li nkomplu nnaqqru minn dak li fadlilna bhala xaghri u art vergni...IMMA.... min ghandu dellu mtaqqal bi hnizrijiet li jkun wettaq huwa stess matul is-snin ghandu ghalfejn izomm pass lura u jhalli f'idejn min konsistentement u minn dejjem kien fuq in-naha tal-ambjent!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Ma minrajtek xebbahtek men. Il-qahba milli jkollha ittik. Jekk tghid ir-ruzarju kull filghaxija ma tghidx dawn il-hmerijiet u ifhimni.

      Delete
  2. Salv, is-saqaf tat-teatru tajjruh il-bombi tal-ġermaniżi aktar minn 70 sena ilu. L-istil tad-dar tiegħi ma naħsibx li jogħġbok għax ma fihx lavur. Qatt qrajt dwar il-famuż Renzo Piano jew smajt lil Richard England ifiehem il-positivita tal-arkitettura fil proġett tal-Belt Valletta. L-impjant tar-reċiklaġġ minbarra li ma jrejjaħx huwa akkumpanjat minn park li l-quddiem għad iħaddar aktar jekk nieħdu ħsiebu minbarra li biddel id-drawwiet antiki ta' kif niddisponu mill-iskart. Altru li sfreġju. Il-Ħofra. Supermarket f'Ħal Safi għamlu l-privat, ċimiterju u ħofra (skond int) quddiem il-konkatidral ta San Ġwann talbithom il-Knisja. Kif għandha dritt. Dawn kollha li semmejt inti, Salv, żgur li ma kellhomx li skop li jsiru sinjuri erbgħa tal-qalba minn fuq l-ambjent tagħna lkoll.

    ReplyDelete