Lejliet id-dimostrazzjoni kbira ta' appoġġ bla kundizzjoni li se ssir għada lil Joseph Muscat, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista ħareġ il-kanuni kontra dawk l-untouchables li skontu 'taqqbu l-vapur' tal-Gvern Laburista.
It-timing tal-istqarrija ta' Jason Micallef fih x'tomgħod. Jason jaf x'se jiġri għada, jaf għaliex se jiġri u jaf għal xiex se jwassal. U dan kollu jafu għax hu diġa' għadda minnu.
Ħa mmorru lura 13-il sena. Kien l-ewwel ta' Mejju 2003. Il-Partit Laburista kien għadu kif tilef l-elezzjoni ġenerali wara li tilef ir-referendum għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-Mexxej Laburista Alfred Sant kien għadu kif irreżenja mill-kariga u ħabbar li mhux se jerġa jikkontesta.
Il-klikka li kienet tmexxi l-Partit Laburista indunat li għall-kariga ta' mexxej kien se jidħol l-avukat Ġorġ Abela.
Wara li telaq minn Deputat Mexxej ħames snin qabel, Abela kien tkeċċa vilment mill-GWU u mpenja ruħu b'mod indipendenti favur is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Lil Abela, il-magna tal-Partit Laburista kienet tarah theddida. Ma riduhx jersaq 'l hemm, akkost ta' kollox.
Waslet il-ġurnata tal-ewwel ta' Mejju. Wasal Jum il-Ħaddiem. U bħal kull sena, il-Partit Laburista organizza d-dimostrazzjoni tiegħu fil-Belt Valletta. Din id-dimostrazzjoni l-magna tal-partit dawwritha f'turija ta' appoġġ lill-eks Mexxej Alfred Sant. Ħeġġew lill-partitarji jattendu u tawhom f'idejhom posters jappellaw lil Alfred Sant jerġa jaħsibha u jirritorna bħala Mexxej.
U hekk ġara. Alfred Sant reġa bdielu u reġa kkontesta għal Mexxej. Ġorġ Abela ma resaqx 'l hemm. Iddeċieda li ma jieħux sehem f'tellieqa li r-riżultat tagħha kien diġa miktub.
Fl-2003 għaddiet tal-klikka. Għaddiet ta' dawk li riedu jżommu l-kontroll tal-Partit Laburista, fosthom ta' Jason Micallef li ftit wara nħatar Segretarju Ġenerali. U għaddiet tagħhom billi użaw u abbużaw b'dawk l-aktar leali - il-partitarji.
Illum Jason Micallef qed jara lill-klikka l-ġdida li ħakmet lill-Partit Laburista (u warrbet lilu) tagħmel l-istess kif kienu għamlu hu u sħabu tlettax-il sena ilu.
Micallef jaf ukoll x'se jkun ir-riżultat finali ta' dak li se jiġri għada. Jaf li wara għada dak li ġara fl-2008 se jiġri fl-2018 u dan ma jridux jiġri, akkost ta' kollox.
Saturday, April 30, 2016
Għada Jum il-Ħaddiem mhux Jum Joseph Muscat
Il-magna tal-Partit Laburista bħalissa qed taħdem bla heda biex tħeġġeġ kemm jista' jkun partitarji, ħafna minnhom ħaddiema, biex għada jinġabru l-Belt Valletta ħalli jingħata sinjal kbir ta' appoġġ lill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Jinsew jew iridu jnessu dawn it-talin li ħatfu lill-Gvern u lill-Partit Laburista li għada hija l-festa tal-ħaddiema kollha u mhux ta' Joseph Muscat.
Il-ħaddiema - dawk li suppost twieled biex jirrapreżenta u jaħdem għalihom dan l-istess partit.
Il-ħaddiema - dawk li jaqilgħu l-għixien ta' kuljum bl-għaraq ta' xbinhom, b'onesta' u bi tbatija.
Il-ħaddiema - dawk li jħallsu sal-inqas ċenteżmu taxxa u li qatt ma kienu ħolmu li tista' tiftaħ pompa tal-petrol li tkun bnejt kontra l-permess u mbagħad tbiegħ nofs dar fil-Belt Valletta lill-Gvern għal aktar minn 3 miljuni.
Il-ħaddiema - dawk li meta jitilfu x-xogħol jew ifallu jkollhom jerġgħu jibdew mill-bidu u ma jsibu lil ħadd li jagħtihom xi 4 miljuni u aktar b'daqqa ta' pinna bħal ma ngħataw tal-Cafe' Premier.
Il-ħaddiema - dawk li l-ftit li jġemmgħu jiddepozitawh fil-banek għal imgħaxxijiet daqs il-loqom u qatt ma kienu semgħu b'shell companies fil-Panama, trusts fi New Zealand, banek f'Dubaj u f'ma nafx kemm-il pajjiż ieħor qabel daħlu f'Kastilja Konrad Mizzi u Keith Schembri u l-konsulent finanzjarju tagħhom.
Il-ħaddiema - dawk li għada, fl-ewwel ta' Mejju, kellha ssirilhom festa; dawk li dil-festa nsterqitilhom biex issir festa għal min qed jitradixxi l-fiduċja tagħhom u qed jaħdem biss għall-interessi tal-ftit ta' madwaru.

Friday, April 29, 2016
Dak li mhux tajjeb għall-partit, mhux tajjeb għalina
Bid-deċiżjoni li ħa Joseph Muscat li jneħħi lil Konrad Mizzi minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-istess ħin iżommu bħala Ministru tagħna lkoll, qed jgħidilna ċar u tond li dak li mhux tajjeb għall-partit tiegħu, iridu jkun tajjeb għalina. Insult ieħor lill-poplu Malti mill-Prim Ministru.
Thursday, April 28, 2016
Jekk mhux ħabsi, Ministru
Spiss nisimgħu esponenti Laburisti lagħqa ta' Joseph Muscat jgħidulna li s'issa mhemmx provi konkreti ta' korruzzjoni fil-konfront ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Ibda biex diffiċli jkollok il-provi jekk ma jkollokx investigazzjoni tal-pulizija li ma tħares lejn wiċċ ħadd kif isir f'kull pajjiż ieħor ċivilizzat fid-dinja. Għalkemm niddubita, nittama li din l-investigazzjoni qed issir bla ma nafu u li qed issir bis-serjeta'. Imma dak mhux l-argument li rrid nagħmel illum.
Illum irrid ngħid biss li jekk ikun hemm provi konkreti ta' korruzzjoni, Schembri u Mizzi jiġu proċessati fil-Qorti u jekk jinstabu ħatja jmorru l-ħabs.
Is-sempliċi fatt li Schembri u Mizzi mhumiex ħabsin ma jagħmilhomx tajbin għar-rwoli pubbliċi li jokkupaw, dak ta' Kap tal-Uffiċju tal-Prim Ministru u dak ta' Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Fil-Malti għandna espressjoni tgħid 'Jekk mhux ħmar, felu'.
Muscat u sħabu din dawwruha f''Jekk mhux ħabsi, Ministru!'

Biex qed jistgħaġbu ż-żgħażagħ?
Taħt it-tinda trasparenti li poġġew quddiem Kastilja, Joseph Muscat qal liż-żgħażagħ preżenti li kemm dam student fl-Universita' qatt ma vvota għall-elezzjonijiet tal-KSU.
Jien li għandi ftit żmien iktar minn dawn iż-żgħażagħ ma stagħġibt xejn b'dak li qal Muscat.
Dan huwa l-istess bniedem li meta pajjiżna kellu jiddeċiedi l-futur tiegħu hu ħeġġeġ lin-nies ma jivvotawx jew iħassru l-vot.
Kif tista' tistenna aħjar minn min ġab ruħu hekk fir-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Lil min tafu tistaqsix għalih.

Saturday, April 9, 2016
Solidarjetà mal-GWU u ma' din il-ħaddiema
Jekk għad baqa' min għandu xi dubju li l-Partit Laburista m'għadux il-partit tal-ħaddiema u minflok sar il-partit tal-istanding ovations lil min iħammar wiċċ pajjiżna b'xi kumpanija l-Panama moħbija fi trust New Zealand li lanqas f'Dubaj ma jridu jiftħu kont bankarju għaliha, nissuġġerilu jaqra din l-istorja fuq il-website tal-General Workers' Union, inews.
Friday, April 8, 2016
Il-paroli fil-vojt ta' Janice
Dil-ġimgħa Janice Bartolo tal-ONE kienet ma' grupp ġurnalisti tieħu l-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Mhux kuntenta bit-tweġibiet li kien qed jagħtiha Dr Busuttil, qaltlu li dak li kien qed jgħid kien 'paroli fil-vojt' (ara l-filmat hawn taħt).
U minflok marret tistaħba bil-misħija għall-pastażata li kienet għadha kif għamlet, ħassitha kburija biha u xandritha fis-servizz tal-ONE!

Thursday, April 7, 2016
Gidbet fuq David Agius
Nhar it-Tnejn, Nicole Buttigieg tal-istazzjon Laburista tgħidx kemm għajtet u werżqet quddiem il-Parlament.
F'xenata għall-cameras tal-ONE bdiet tgħid li wara l-press conference ta' Simon Busuttil ġiet imbuttata mill-Whip Nazzjonalista David Agius.
Din hija GIDBA - invenzjoni tagħha.
Ilbieraħ din il-GIDBA kienet ikkonfermata bħala GIDBA saħansitra mill-iSpeaker Anġlu Farrugia.
F'ruling l-iSpeaker iddikjara li ra l-filmati kollha provduti mill-istazzjonijiet preżenti u mkien u fl-ebda mument ma deher David Agius qrib ir-reporter tal-ONE. Aħseb u ara kemm imbuttaha!
Huwa evidenti li n-nies tal-ONE dil-ġimgħa ngħataw istruzzjonijiet ċari biex joħolqu inċident li huma jkunu l-vittmi tiegħu.
M'hemm għalfejn ngħidu li l-iskop ta' dan kollu huwa li jaljenaw in-nies mill-iskandlu ta' Panama Papers.

Tuesday, April 5, 2016
Owen, Konrad mhux baħnan
Jien m'għandix dubju li l-Ministru fdat bix-xiri taż-żejt,
bil-bejgħ tal-Enemalta, tal-Isptarijiet ta' Għawdex u San Luqa u bi proġetti
oħra multi-miljunarji mhuwiex baħnan.
U ċert ukoll li lanqas int m'int baħnan.
Għaldaqstant nitolbok tieqaf tistma lilna ta' bħaħan.
Grazzi.
Jinqabdu JIGDBU: Tiftakruhom iwaħħlu f'negozjant li tilef kuntratt?
Meta bdiet ħierġa
l-ewwel informazzjoni dwar il-kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi u Keith
Schembri fil-Panama qabadhom paniku
kbir.
U dlonk, fit-2 ta’
Marzu, l-orizzont ħarġet tgħid b’ittri kbar fil-faċċatta ta’ quddiem min kien
is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia.
Qalulna li dan
kien negozjant li wara li gawda bil-goff taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, issa tilef kuntratt ewlieni u jrid jivvendika
ruħu mill-Gvern.
Tal-orizzont,
tal-inews, il-blog tal-konsulent tal-Prim Ministru Glenn Bedingfield, il-bulettini
tal-aħbarijiet tas-Super ONE (ara l-filmat hawn taħt) u l-kummentaturi
tas-soltu qalulna li dan in-negozjant nefaq ħafna flus biex xtara din l-informazzjoni.
Skont il-gidba li
rrapurtaw dak iż-żmien, dan in-negozjant għadda l-informazzjoni li xtara lil Simon
Busuttil, li mbagħad għaddiha lil Caruana Galizia.
Illum li d-dinja
kollha taf kif u mingħand min ħarġet din l-istorja, l-inqas ħaġa li jistgħu
jagħmlu tal-orizzont, tal-ONE, Bedingfield u l-oħrajn hu li jmorru jistaħbew x’imkien.
X’mistħija! Għal darb’oħra
ħarġu ta’ giddibin bil-provi.
Imskieken dawk li jibilgħu dak li jgħidulhom.
Monday, April 4, 2016
Sunday, April 3, 2016
TVM tal-mistħija: Jirrapurtaw l-istorja 'Panama Papers' mingħajr ma jsemmu lil Konrad Mizzi
Il-website ta' TVM qed tirrapporta l-istorja ewlenija bħalissa fid-dinja kollha mingħajr ma ssemmi lill-Ministru Konrad Mizzi. Tal-mistħija.
Hawn hi l-biċċa li TVM ma jridu jaħbu lill-poplu Malti li jħallashom biex jinfurmawh:
Hawn hi l-biċċa li TVM ma jridu jaħbu lill-poplu Malti li jħallashom biex jinfurmawh:
Subscribe to:
Posts (Atom)