Saturday, April 29, 2017

Diġa nqabdu jigdbu fuq il-whistleblower

Il-bieraħ filgħaxija Saviour Balzan qalilna li l-whistleblower li qed tallega li l-kumpanija fil-Panama Egrant hija ta' Michelle Muscat, hija eks impjegata tal-bank Pilatus li tkeċċiet f'Marzu 2015.

Dan biex imbagħad ikunu jistgħu jgħidu li ma setax ikun li rat u ħadet kopja ta' dokument datat Awwissu 2015 li fih hemm indikat li Muscat hija s-sid ta' Egrant. (ara l-kumment ta' Cyrus Engerer)


Issa dalgħodu l-gazzetta ta' Saviour Balzan 'ILLUM' qaltilna li l-whistleblower filfatt tkeċċiet minn Pilatus Bank sena wara, jiġifieri f'Marzu 2016!


Apparti li fi ftit sigħat diġa nqabdu jigdbu fuq din il-whistleblower, dan ifisser li filfatt hi setgħet rat u ħadet kopja ta' dan id-dokument li juri li Egrant hija ta' mart il-Prim Ministru.

10 comments:

  1. Apparti li il kas fil qorti ghadu ma giex deciz allura dawn fuq allegazjoni diga hagruwa.

    ReplyDelete
  2. Imma ta' l-affari taghha wisq tidher mill-biografija taghha!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Il-bijografija ta' Joseph Muscat taqra li ilu sena jiddefendi u jippromwovi lil sħabu f'Kastilja li nqabdu b'kumpaniji moħbija fil-Panama. Dawn tgħidx kemm huma tal-affari tagħhom!

      Delete
    2. Daqs kemm hi ta Cyrus Engerer li Joseph Muscat tah promozzoni go Brussel

      Delete
  3. Out of all people Cyrus irrid jitkellem! jaqqaw is suldatt ta l,ghazzar irrid xi zieda?

    ReplyDelete
  4. L-akkużi kontra dir-Russa mhumiex l-istess bħal ma kienu kontra MEP laburista?

    ReplyDelete
  5. Yes she might have been able to take a copy. Hence is she presented no evidence it means this was all a frame up

    ReplyDelete
  6. It's high time for this government to step down! We're fed up of this corruption. We need to clean up all this mess and get rid of the corrupt people who are giving a bad name to our country!

    ReplyDelete
  7. Min m'ghandux minn x'hiex jibza, ma jghamilx minn kollox biex iwaqqa l-htija fuq nies innocenti. U l-kollaburaturi li jiddefenduh sinjal li ghandhom x'jahbu u jitilfu wkoll. Is-sewwa jirbah zgur u dejjem.

    ReplyDelete
  8. Xbajt nisma li din Russia ma presentatx provi. Trid tkun mignun biex tghid li scanjat id dokument meta mhux veru.

    ReplyDelete