Sunday, April 30, 2017

Tradituri ta' Jum il-Ħaddiem

Għada, f'Jum il-Ħaddiem, Joseph Muscat qed jistiednek tmur il-Belt Valletta tkażbar u tinsulenta ħaddiema li ma tħallsitx il-paga u ċċapċap u ġġorr fuq l-idejn lill-miljunarji li jagħmlu strutturi finanzjarji 'l bogħod minn xtutna biex ma jħallsux taxxa, jaħslu l-flus maħmuġin u jisirqu flus il-poplu.

Għada int mistieden biex bil-preżenza tiegħek tagħti l-approvazzjoni għal dal-moviment li tradixxa l-valuri u l-prinċipji vera Laburisti u li sar jirrappreżenta dak kollu li l-moviment xellugi twieled biex jiġġieled.


1 comment:

  1. Norman, għada Jum il-Ħaddiem, is-sinsla ta' Malta. Ma ninsewx li r-Repubblika ta' Malta hi msejsa fuq ix-xogħol. Hu l-ħaddiem li jaqdi lill-businessmen u li jixtri l-prodotti tal-businessmen.

    Tajjeb wieħed jara x'intqal dwar it-taparsi żieda fil-paga minima nazzjonali.

    San Ġużepp mhux Ħaddiem. San Ġużeġġ Neoliberali. Jiġifieri moħħu biss f'min għandu l-flus. Mhux fil-ħaddiem.

    ReplyDelete