Tuesday, May 2, 2017

Konferma li l-programm intervista maċ-chairman tal-Bank Pilatus tħassar minn Reno Bugeja

Wara li lbieraħ f'dan il-blog irrapurtajt li TVM ħassar programm li għalih kien mistieden iċ-chairman tal-Pilatus Bank dalgħodu nista' nikkonferma li l-programm tħassar ftit minuti qabel beda b'intervent tal-Kap tal-Aħbarijiet ta' TVM Reno Bugeja.

Il-preżentatur Brian Hansford ikkonferma li l-ordni biex il-programm ma jsirx ingħatat madwar kwarta qabel kien se jibda l-programm, x'ħin iċ-chairman tal-Pilatus Bank kien diġa' fl-istudios ta' TVM.

Ir-raġuni mgħotija minn Bugeja għal din id-deċiżjoni kienet li 'bdiet il-kampanja elettorali'.

2 comments:

  1. Ir Raguni kienet ghax inkella jkompli jinkixek il-MAFIA u Korruzzjoni brieha ta hama hierga minn Kastilja

    ReplyDelete
  2. Hallu il poplu ikun jaf il verita imbghad jiddecidi hu!

    ReplyDelete