Għall-programm Networks tal-lejla fuq ix-xandir tal-istat kellu jkun mistieden iċ-chairman tal-Bank Pilatus Seyed Ali Sadr Hashemineja.
Biex niftiehmu dan Ali Sadr huwa l-Iranjan li għandu wkoll passaporti ta' St Kitts and Nevis, li nqabad ħiereġ bil-bagalji mill-bank fis-satra tal-lejl li fih ħarġet l-istorja li Egrant hija ta' Michelle Muscat.
Sa ftit minuti qabel il-programm il-preżentatur Brian Hansford kien qed jirreklama din l-intervista fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu.
Iżda jidher li xi ħaġa marret żmerċ il-għaliex il-program Networks misterjożament ma sarx u minfloku xxandret ripetizzjoni ta' programm ieħor li m'għandu x'jaqsam xejn.
X'ġara?
Ali Sadr ħarab mill-emergency exit ta' TVM?
Jew kien hemm xi ħadd fil-poter li ma xtaqx li ssir din l-intervista fuq ix-xandir nazzjonali?
Jew forsi din l-intervista kienet irrekordjata u dak li qal Ali Sadr ma daqqx għal widnejn min qed imexxi l-istazzjon nazzjonali llum, cioe Kastilja?
NOTA: Qabel ippubblikajt dan il-blog ċempilt u bgħatt messaġġi lil Brian Hansford biex nistaqsieh x'ġara u għażel li ma jweġibnix.
Iva veru ghax anke Sonya Abela, attivista laburista minn Bormla, kienet qed tirreklamah fuq il-fb taghha.
ReplyDeleteBrian, li hu essenzjalment raġel sew, qal li ra xi dokumenti u xi filmati bis-CCTV. Qal ukoll li ma ra ebda kaxxaforti fil-kċina tal-Bank.
ReplyDeleteMeta staqsejtu l-mistoqsijiet li ġejjin ma weġibhomx:
1. Jekk il-kaxxaforti hi mobbli, kif jaf li ma neħħewhiex qabel ma mar hu?
2. Minnu li ma hemmx CCTV fil-kċina?
3. Jekk urew 20 ġurnata CCTV, jiġifieri wrewh il-klijenti li marru l-bank u t-transazzjonijiet li għamlu?
Brian, għax hu tal-affari tiegħu, intebaħ bis-siwi tal-mistoqsijiet tiegħi u ma weġibnix.
Intebaħ ukoll li setgħu ppruvaw jgħadduh biż-żmien.