Meta tinzertaha fuq xi programm tal-istazzjon Laburista u tismagħha tgħidlek kemm hu kbir u kemm hu tajjeb il-Gvern u l-Prim Ministru tiegħu Joseph Muscat, oħroġ l-islippa tal-paga tiegħek, qabbilha ma' tagħha, aħdem id-differenza u żgur tifhem aħjar x'hemm wara dak il-kliem sabiħ.
The Sunday Times dalgħodu rrapurtat li Carmen Ciantar qed titħallas €104,000 fis-sena, li jiġu €8,666 fix-xahar jew €2,000 fil-ġimgħa għax-xogħol mogħti lilha mill-Gvern ta' Joseph Muscat, dak ta' Kap Eżekuttiv tal-FMS.
Dan ifisser li Ciantar, li hija wkoll is-Segretarja Internazzjonali tan-Nisa Laburisti, qed titħallas id-doppju ta' kemm jitħallas Ministru tal-Gvern.
Ovvjament meta ngħid li qed titħallas 'id-doppju ta' Ministru tal-Gvern' mhux qed nirreferi għal dak il-Ministru li ntrabat li jiddepożita miljun Ewro fis-sena fil-Panama. Dak każ għalih!
No comments:
Post a Comment