
Mela fuq is-Super One dan Franco Mercieca nstema' mwerwer minn kif qed iġib ruħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, tant li sejjaħlu 'vjolenti'.
Komplejt nisma' biex nipprova nifhem x'qed jgħid. Għal mument ħsibt li kien Simon Busuttil li qam jhedded lil xi Membru Parlamentari li se 'jmur għaliha u jifqagħha'.
Imbagħad ftakart li dak kien Deputat ieħor tal-Labour!
Franco Mercieca kompla jispjega. "Simon Busuttil" qalilna "għamel att vjolenti meta fil-Parlament qatta l-kuntratti tal-enerġija!" Ovvjament kien qed jgħid għal dawk il-gozz karti bojod li tant għamlulhom linji suwed li ġabuhom qishom zebra crossing jew flokk tal-Juventus.
X'ħin smajt din l-istqarrija tal-Onorevoli Mercieca ripetuta għal darbtejn, tlieta, tant bdew jinqalbuli għajnejja li għal ftit ma kellix impatt 'vjolenti' mal-karozza ta' quddiemi! Ħtija tiegħi. Qatt m'għandek tisma' s-Super One u ssuq fl-istess ħin.
Iva mhux hekk ... u SB kien li qal ... Jekk jaghtuna bis-sejf naghtuhom bil-mannara ...
ReplyDeleteJew li ghal kull daqqa' li jaqla' jaghti tnejn. Kewmm hasibna mzazen dan Mercieca wkoll!
DeleteKullhadd kieku jixtieq li ma ihallax Taxxa jien lewwel wiehed ghax anke mill pensjoni jaqtawlhi it taxxa minbarra xi 200 Euro ohra bill 15 percent allura hekk sewwa u haddiehor jizgicca u hadd ma ikellimhom.
ReplyDelete