Dalgħodu minn Kastilja marru jagħtu labra lill-Malta Today biex jippruvaw jifqgħu l-bużżieqa 'Egrant'.
Dalgħodu, ftit sigħat qabel il-protesta nazzjonali organizzata mill-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta. Dalgħodu, lejliet il-laqgħa f'Malta tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew li qed jinvestiga l-iskandlu Panama Papers,
L-ispekulazzjoni dwar ta' min hi jew 'ta' min tista' tkun jekk mhux ta'...' din it-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama ilha għaddejja u ilha tkidd lill-Gvern ta' Joseph Muscat u lil Joseph Muscat innifsu.
Egrant, il-kumpanija fil-Panama identika għall-kumpaniji sigrieti ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri. Egrant, il-kumpanija li isem sidha tant hu importanti li ma setax jinkiteb u kellu jingħad fuq Skype.
Iżda ġara li minflok il-bużżieqa nfaqgħet, il-bużżieqa iktar kompliet tintefaħ. Il-labra ta' Kastilja ħadmitilhom bil-kontra.
L-uniku effett tal-gidba banali u evidenti ppubblikata dalgħodu mill-Malta Today kien li s-suspetti raġunati tan-nies komplew jissaħħu aktar.
Biex tigdeb, trid tkun taf kif l-ewwel mhux tinqabad. Jekk qabel kont xettiku rigward EGRANT, appuntu issa nemmen ta min verament hi.
ReplyDelete