Wednesday, October 12, 2016

Se jagħtu żewg pastizzi fix-xahar biex jitimgħu lil dawk fil-faqar

Dalgħodu l-orizzont ħabbar li biex jiġġieled il-faqar il-Gvern ta' Joseph Muscat se jkun qed iqassam bi 300,000 ikel fis-sena.

L-orizzont ikkwota lill-Ministru Michael Farrugia jgħid li minn dan il-fond se jkunu qed jieklu 41,000 persuna li qed jgħixu f'riskju ta' faqar.

Għamilt ftit kalkoli ta' malajr bil-calculator li għandi fil-mobile.

Iddividejt 300,000 b'41,000 persuna u ġietni s-somma ta' 7.32.

Dan huwa l-ammont li l-Gvern se jkun qed jalloka għal kull persuna kull sena.

Komplejt niddividi. Is-7.32 qsamta bi 12-il xahar u ġietni s-somma ta' 61 ċenteżmu - il-prezz (b'ċenteżmu bqija) taż-żewġ pastizzi li kont għadni kif kilt u mlewli l-flokk bil-frak.

Mill-elezzjoni ġenerali sal-lum dawk fil-faqar żdiedu b'6,000 persuna.

Is-soluzzjoni ta' Muscat u sħabu biex il-faqar ikun eradikat kif wegħdu qabel l-elezzjoni hija li jagħtu lil dawn in-nies żewg pastizzi fix-xahar. Kull ma jonqoshom jagħmlu biex jinsulentawhom iktar huwa li jsaqsuhom iriduhomx mimlijin bir-rikotta jew bit-taħlita tal-piżelli!

2 comments:

  1. HUMA JITHANZRU U LIL MIN GHANDU L IKTAR BZONN ITUH IL FRAK LI JAQA TAHT IL-MEJDA

    ReplyDelete
  2. Titnejku f wicc il-Poplu MLP U L'PN,anka rigward il-koruzzjoni tajru lil xulxin u hadd ma jehel habs Minnkhom! Imma Tamlu Hekk Biex il-Gahan Jixtri il-Gazzetti tal-partit ghax inkella ma jkollux fuqxix jaqra! mhux hekk,Taparsi Kontra Xulxin Drajnikhom, Ejjew ghal-Vot Issa

    ReplyDelete