Ilbieraħ Mark ta' Xarabank bgħat stedina għal
dibattitu fil-programm ta' nhar il-Ġimgħa lili u lill-ħabib intimu u mpjegat tal-Prim Ministru, Glenn Bedingfield.
“if he doesn't
chicken out like the other one ... it's fine by me”
Din hija r-risposta
tiegħi:
“Għażiż Mark,
Ippermettili nuża
kliem is-Sur Bedingfield u ngħidlek li m'għandi ebda ħsieb naħrab (chicken out)
mill-ebda dibattitu u/jew diskussjoni kif ilu jagħmel il-boss tiegħu Joseph
Muscat għal dawn l-aħħar sentejn meta mistieden minnek għal dibattitu
f'Xarabank ma' Simon Busuttil u kull meta jħossu skomdu jiffaċċja l-ġurnalisti
Maltin u anke barranin u jkollu jaħrab minn xi emergency exit.
Lanqas ma jien
biħsiebi nagħmel bħall-kollegi tas-Sur Bedingfield f'Kastilja - Konrad Mizzi u
Keith Schembri (tal-Panama, biex niftiehmu) - li ilhom jaħarbu l-istediniet
għall-programmi tiegħi għal dawn l-aħħar seba' xhur.
Biex inkun onest
miegħek, nippreferi niddibatti lill-Ministru Mizzi u lis-Sur Schembri - għax
għandi ħafna x'nistaqsihom - imma nfurmat li dawn anke l-istediniet ta'
Xarabank ilhom jaħarbu (chicken out) għal bosta xhur. Jekk jerġa' jibdielhom,
count me in.
Sa dakinhar, ladarba
l-uniku wieħed f'Kastilja li mhux qed jaħrab (chicken out) l-istediniet ta'
Xarabank huwa l-istar candidate Glenn Bedingfield, ikun pjaċir tiegħi li
niltaqa' miegħu fil-programm ta' nhar il-Ġimgħa.
Nirringrazzjak
għall-istedina tiegħek u nselli għalik u għat-tim kollu ta' Xarabank.
Prosit Norman Vella. Xi twegiba dik. Nassigurak il samartu iktar milli huwa lil Glenn. Kristopher Mangion.
ReplyDeleteFl oppinjoni tieghi imissek irrifjutajt Norman, ma nahsibx li ghandek tinzel fil livell baxx tas sur Bedingfield.
ReplyDeleteHuwa l-Partit Laburista li jrid jiddeċiedi jekk hux kuntent jew le li jkun rappreżentat mis-Sur Bedingfield. Jien xogħoli hu li nuża dan il-ħin fil-programm l-iktar segwit fuq l-istazzjon nazzjonali biex inwassal l-argumenti tagħna bl-aħjar mod li naf. Fl-opinjoni tiegħi, il-bojkots ma jwasslu għal imkien.
DeleteProset Norman ilni ma nsegwi Xarabank ma nafx kemm , Imma habba Fik mhux habba dak li sa jkun hemm jiddibatti mieghek sa jkolli narah.....
ReplyDeletePereswass li mhux sa taqa fil-livel tieghu fejn daqstant iehor cert li mhux sa thalieh b'xejn.
Well done Norman for your reply. I haven't watched Xarabank for years now, will do an exception next Friday. You have A LOT to 'chicken him out'
ReplyDeleteBravu Norman , I will watch Xarabank after 10 years
ReplyDelete