Illum wiċċ Salvu Mallia reġa' deher fuq ix-xandir tal-istat, bħala mistieden (f'Xarabank) u mhux bħala preżentatur kif kien sa ftit xhur ilu.
Ħadd ma kellu l-iċken dubju li Salvu Mallia u l-programm ferm popolari 'Madwarna' tneħħew minn fuq TVM b'deċiżjoni politika bi tpattija għall-mod kif Salvu tkellem pubblikament dwar il-korruzzjoni tal-Gvern ta' Joseph Muscat.
Illum nista' nikkonferma aktar minn hekk.
Malli Salvu Mallia tniffes fuq l-iskandlu tal-Panama, minn Kastilja ngħatat struzzjoni lill-PBS biex il-programm ta' Mallia jieqaf minnufih, f'April.
Il-programm ma setax jitwaqqaf dakinhar, iżda mill-PBS serrħu moħħ Kastilja li l-programm ta' Mallia ma kienx se jkompli wara Ġunju. Dan kollu ġara bosta xhur qabel John Bundy nħatar Kap Eżekuttiv.
Dan huwa każ ieħor li juri kif Muscat jaħdem ma' min ma jaqbilx miegħu - il-wegħda tal-meritokrazija li nbidlet f'realta' ta' vendikazzjonijiet.
Rajtu kollhu dan id dibattitu.
ReplyDeleteBellahni Franco jipprova ibbellahha li ma tezisti lebda korruzzjoni, jipprova dejjem jistahba wara l qorti u l libelli.
Imsomma fkelma wahda Bezzieh u balalu.
Naf ghala qed jghid hekk ma jmurx jispicca minhajr xufier u l kumplament, il ftit ta elufi li qed jiehu hdejn il hafna.
Jekk ghalih ma tezisti lebda korruzzjoni nixtieq naf xi jfissru ghalih.
Café Premier,Sai Mizzi, Australia Hall ,Gaffarena, Visas Medici, PANAMA, Korrot Mizzi. etc etc etc meta jrid ghandi lista ma tispicca qatt nkomplijielu.
Fuq il whistleblower nixtiequ jistaqsi lill Libjan tal visa medici kif qed jigi trattat mill Korp tal puluzzija.
Franco mhux qhjar tmur tpprova tikkonvinci lill xi klassi tal Form 2 min fejn kont iggib ir rizultati forsi jemmnuk.
Franco kont qiesek fidil , tistenna corma tigieg icapcpulek biex titbissmilhom ftit.
ReplyDelete