Fl-ewwel budget imnissel u moqri mill-Ministru Edward Scicluna (4 ta' Novembru 2013), il-Profs kien qalilna hekk:
"Se nagħmlu kampanja kontra l-evażjoni fiskali sabiex infiehmu lil kulħadd għaliex din m'hemmx lokha f'soċjeta' demokratika u żviluppata" (Budget 2014, Paġna 14)
Min jaf x'qalu bejnhom u bejn ruħhom u bejniethom Konrad Mizzi, Keith Schembri u Egrant x'ħin semgħuh jgħid dan id-diskors!
Għax meta l-Profs kien qed jaħseb biex jikteb din il-linja huma kienu ilhom jaħsbu biex jaħbu l-miljuni li kien biħsiebhom idaħħlu mis-senseriji, mill-konsulenzi u mir-riċiklaġġ fil-Panama.
Illum li kulħadd jaqbel li f'soċjeta' demokratika mhux f'loku li Mizzi, Schembri u Egrant iżommu posthom fit-tmun tal-pajjiż, il-Profs se jkun qed jaqralna Budget ieħor bihom bilqiegħda ħdejh.
No comments:
Post a Comment