Ħadd m'għandu l-iċken dubju li llejla u l-ġranet li ġejjin se jintużaw mill-magna tal-propoganda ta' Kastilja biex jikkonvinċu lill-poplu li l-ekonomija sejra tajjeb u li l-ġid se jibda jitqassam b'ġustizzja.
Illejla mhux se nisimgħu b'taxxi ġodda.
Dawn drajna nsiru nafu bihom inkiss inkiss matul is-sena bħal ma ġara fil-każ tal-irduppjar tal-kirjiet tal-housing soċjali, il-liċenzji tal-karozzi, il-miżati tal-eżamijiet, in-nollijiet tat-trasport pubbliku u bosta oħrajn.
Bi skandlu wara l-ieħor jiddominaw l-aħbarijiet, b'Ministru u Chief of Staff li żammew posthom f'Kastilja minkejja l-kontijiet moħbija fil-Panama u l-miljuni li riedu jiddepożitaw fihom, din tal-'ekonomija sejra tajjeb' se tkun il-karta li Muscat se jkun qed jipprova jisfrutta kemm jiflaħ biex jerġa' jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.
Iżda f'intervista ma' Lou Bondi meta kien qed jikkontesta għall-kariga ta' Mexxej tal-Partit Laburista (ikklikkja hawn biex tara l-filmat fuq YouTube) Muscat innifsu kien stqarr li ekonomija 'sejra tajjeb' mhix garanzija ta' rebħa elettorali. Dakinhar Muscat kien qal li l-elezzjoni tista' tintrebaħ u tintilef għal bosta raġuniet oħra li mhumiex marbutin mal-ekonomija.
No comments:
Post a Comment