Thursday, October 6, 2016

Kieku lestew fil-ħin kien jieħdu l-mertu huma

Kieku Konrad Mizzi u Joseph Muscat irenexxielhom iwettqu l-wegħda elettorali li jlestu l-power station tal-gass fi żmien sentejn, kieku llum qed jiftaħru li l-emissjonijiet (il-ħmieġ) fl-arja naqas bin-nofs mertu tar-roadmap tagħhom.

Iżda ż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma, iridu u ma jridux Muscat u sħabu tal-kumpaniji moħbija fil-Panama.

Statistika tal-NSO ilbieraħ uriet li l-emissjonijiet fl-arja naqsu bin-nofs kemm ilna nieħdu l-elettriku mill-power station il-ġdida tal-BWSC u mill-interconnector bejn Malta u Sqallija.

Illum huwa ċar għal kulħadd li huwa mertu tal-proġetti li ħalla Gvern Nazzjonalista li naqsu l-emissjonijiet fl-arja. Altru milli 'fabbrika tal-kanċer' kif kien jgħid Muscat.

Il-'fabbrika tal-kanċer' illum tinsab fit-toroq tagħna frott l-inkompetenza ta' Ministru ieħor kunjomu Mizzi li tilef ir-roadmap (jekk qatt kellu) u prova s-seamap iżda xorta wasal tard!

3 comments:

  1. Spot on Norman. Dan Gvern mibni fuq gideb u gideb biss.

    ReplyDelete
  2. Mela la naqas it tniggis u rahsu l kontijiet bil progetti li halla l PN xnambuha l powerstation bit tanker tal gass ... jaqaw ghanda x taqsam il panama ma dan il-progett ???

    ReplyDelete
  3. Il-power station bit-tanker b'kollox biex jimlew bwiethom ghamluha u mhux ghax vera ghandna bzonnha.

    ReplyDelete