Meta bdiet ħierġa
l-ewwel informazzjoni dwar il-kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi u Keith
Schembri fil-Panama qabadhom paniku
kbir.
U dlonk, fit-2 ta’
Marzu, l-orizzont ħarġet tgħid b’ittri kbar fil-faċċatta ta’ quddiem min kien
is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia.
Qalulna li dan
kien negozjant li wara li gawda bil-goff taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, issa tilef kuntratt ewlieni u jrid jivvendika
ruħu mill-Gvern.
Tal-orizzont,
tal-inews, il-blog tal-konsulent tal-Prim Ministru Glenn Bedingfield, il-bulettini
tal-aħbarijiet tas-Super ONE (ara l-filmat hawn taħt) u l-kummentaturi
tas-soltu qalulna li dan in-negozjant nefaq ħafna flus biex xtara din l-informazzjoni.
Skont il-gidba li
rrapurtaw dak iż-żmien, dan in-negozjant għadda l-informazzjoni li xtara lil Simon
Busuttil, li mbagħad għaddiha lil Caruana Galizia.
Illum li d-dinja
kollha taf kif u mingħand min ħarġet din l-istorja, l-inqas ħaġa li jistgħu
jagħmlu tal-orizzont, tal-ONE, Bedingfield u l-oħrajn hu li jmorru jistaħbew x’imkien.
X’mistħija! Għal darb’oħra
ħarġu ta’ giddibin bil-provi.
Imskieken dawk li jibilgħu dak li jgħidulhom.
No comments:
Post a Comment